Barranin
Ma qablux bejniethom dwar il-politika tas-saħħa

Tliet kandidati Demokratiċi ma qablux dwar il-politika tas-saħħa waqt it-tielet dibattitu tal-partit bi tħejjija għall-elezzjoni Presidenzjali fl-Istati Uniti. Il-kwistjoni kif għandha tiġi rriformata s-sistema tas-saħħa fl-Istati Uniti qasmet lid-Demokratiċi moderati u dawk progressivi.

Id-dibattitu li sar fi Houston Texas kien l-ewwel okkażjoni li kellhom Joe Biden, Elizabeth Warren u Bernie Sanders li jaspiraw li jiġu eletti President tal-Istati Uniti s-sena d-dieħla, biex jiffaċċjaw lil xulxin. Huma biss l-10 kandidati demokratiċi li jikklassifikaw l-ogħla fl-istħarriġ tal-opinjoni pubblika li setgħu jieħdu sehem.

Joe Biden li serva bħala viċi president meta President kien Barack Obama, jinsab fuq quddiem tal-istħarriġ, segwit mis-Senaturi Elizabeth Warren u Bernie Sanders. Waqt id-dibattitu, l-eks leġislatur ta’ Texas Beto O’Rourke ntlaqa’ b’applaws kbir wara appell imqanqal għal kontrol tal-armi iżda kienet il-kwistjoni tas-saħħa l-aktar li qanqlet diskussjoni taħraq.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

F’Singapore 20,000 ħaddiema immigranti tpoġġew fi kwarantina mandatorja għal 14-il ġurnata hekk kif il-każijiet ta’ coronavirus qed ikomplu jiżdiedu. Xi dormitorji ġew iżolati fejn b’kollox hemm 91 każ ta’ coronavirus….

Barranin

Il-Prim Ministru Ġappuniż, Shinzo Abe mistenni jkellem lin-nazzjon aktar tard illum. Huwa mistenni jħabbar stat t’emerġenza fil-pajjiż hekk kif l-ammont totali ta’ persuni infettati bil-coronavirus tela’ għal 3,600 mentri l-mejta…

Barranin

Tħabbret l-aħbar internazzjonali li tigra fiz-zoo Bronx li jinsab fi New York, spiċċat laqqtet il-coronavirus minn persuna li tagħlifha. It-tigra, li jisimha Nadia u għandha 4 snin, hija l-ewwel każ…

Barranin

Il-Prim Ministru Ingliż Boris Johnson iddaħħal l-isptar għal iżjed testijiet. Dan għaxart ijiem wara li kien irriżulta pożittiv għall-coronavirus. Kelliema għall-Uffiċċju tal-Prim Ministru Ingliż qalet li Johnson qed jibqa’ jkollu…

Aktar