Stejjer Umani
“Ma rnexxielekx tagħlaq il-55, iżda ma kienx ħaqqek tbati aktar pa”

Waħda miż-żewġt ulied ta’ negozjant magħruf mill-Belt sellmet il-memorja ta’ missierha billi rringrazzjatu ta’ dak kollu li għamel magħhom u ma’ ommhom.

Sandro Lapira kien sid ta’ ħanut tal-ħwejjeġ fil-Belt u magħruf għall-imħabba li kellu kemm lejn il-festa ta’ San Pawl kif ukoll lejn it-tim tal-futbol tal-lokal.

Huwa se jingħata l-aħħar tislima llum fil-Knisja ta’ San Pawl fil-Belt wara li din il-ġimgħa tilef il-battalja mal-marda li ħakmitu.

Fuq il-media soċjali bintu Ylenia kitbet kif missierha ma kienx ħaqqu jmut daqshekk żgħir.

“Ma rnexxielekx tagħlaq il-55, iżda ma kienx ħaqqek tbati aktar pa, il-Mulej kien qed jistennik”.

Hija qaltlu wkoll li ma setgħetx ħlief tirringrazzjak talli kien missier eżemplari u dejjem kien magħha speċjalment meta saret omm.

Anke Puttinu Cares sellem il-memorja ta’ Lapira fejn iddeskrivietu bħala “raġel, missier u ħabib mill-aqwa”.