Barranin
“Ma rridekx tismagħni nwerżaq” – l-aħħar telefonata lil ommha qabel mietet

“Ħa naqta’, għax ma rridekx tismagħni nwerżaq.” Dan kien il-kliem ta’ Gloria Trevisan lil ommha, ftit minuti qabel ma tilfet ħajjitha fin-nirien li ħakmu t-torri Grenfell f’Londra s-sena li għaddiet.

Trevisan, li kellha 26 sena, tilfet ħajjitha flimkien mal-għarus tagħha u 70 persuna oħra fit-traġedja li kienet seħħet mal-lejl tal-14 ta’ Ġunju 2017.

Il-qraba ta’ wħud mill-vittmi qed jitfgħu dawl fuq l-aħħar mumenti tal-għeżież tagħhom permezz tax-xhieda li qegħdin jagħtu lill-awtoritajiet fl-investigazzjoni dwar dan il-każ.

Omm Trevisan qalet li fuq it-telefon semgħet lil bintha tgħidilha li kienet se taqbeż mit-tieqa, u li n-nar kien diġà jinsab fis-salott. “Ma nistax nemmen li dan it-tmiem, ma nistax nispiċċa hekk,” kienet qaltilha.

Imbagħad qaltilha li kienet se taqta’, għax ma riditiex tismagħha twerżaq. Qaltilha li tixtieq li tintilef minn sensiha u ma tħoss xejn, u li riedet tqatta’ l-aħħar mumenti mal-għarus tagħha Marco. “Qaltilna biex nagħmlu kuraġġ,” tirrakkonta l-omm.

Missier Trevisan qal li jħoss li ħajtu spiċċat, u li kieku dakinhar kellu pistola, kien ineħħi ruħu b’idejh.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

L-awtoritajiet Kolombjani splodew binja ta’ tmien sulari f’Medellin, li fiha kien jgħix ħajja lussuża Pablo Escobar, magħruf bħala r-re tal-kokaina. Escobar kiseb fama bħala wieħed mill-ikbar traffikanti tal-kokaina mill-pajjiżi tal-Amerika…

Barranin

Żewġ cruise liners jidher li għaddew wisq qrib ta’ xulxin meta kienu sorġuti fil-port ta’ Buenos Aires, fl-Arġentina. Filmat li nġibed minn passiġier ta’ dgħajsa fl-istess port turi l-vapur MSC…

Barranin

Ħaddiema Estonjani ħadmu flimkien biex salvaw kelb minn xmara ffriżata iżda ħadu qatgħa meta ntebħu x’għamlu b’idejhom. L-annimal sab ruħu f’diffikultà fi xmara ffrizata meta għadd ta’ ħaddiema qalbhom tajba…

Barranin

L-artist tal-mużika R&B, R Kelly, qed jinżamm arrestat wara li ffaċċja 10 kapi t’akkuża ta’ abbuż sesswali minn tfajliet, li l-maġġoranza tagħhom huma taħt l-età. Huwa qed jiċħad l-akkużi. Din…

Aktar