COVID-19
Ma spiċċawx b’idejhom fuq żaqqhom; xammru l-kmien biex isajru għal dawk li qed jaħdmu qatigħ

Koki li jaħdmu f’diversi ristoranti li jinsabu magħluqa minħabba r-restrizzjonijiet li saru, ma spiċċawx b’idejhom fuq żaqqhom għax xammru l-kmien u b’mod volontarju qed iħejju ikliet bnini għal ħaddiema fost tas-settur tas-saħħa. TVM żarhom waqt li kienu qed iħejju l-menu tal-ġurnata.

It-tim ta’ chefs u volontiera oħra li qed isajjru fl-iskola ta’ Ħal Kirkop ibakkru kmieni filgħodu biex ilestu l-porzjonijiet tal-ikel għall-ħaddiema fis-settur mediku meqjusa bħala l-eroj b’din l-emerġenza medika li qed jaħdmu sigħat twal.

Chef Dario qal li ddeċieda li juża l-ħin liberu għal din il-missjoni li sabet appoġġ minn bosta fornituri tal-prodotti.

”Qegħdin nagħmlu l-mirakli tawna ħafna għajnuna imma anki b’dik l-għajnuna kollha, biex titfaha kollha f’postha u tħaddimha, wieħed irid jirrispetta x-xogħol kollu li hemm involut.”

Qal li l-Maltin huma ġenerużi fil-mument tal-prova u qed jipprovdu provvisti abbundanti.

”Hemm storja ħelwa għamilt video ma kellix ċans li ngħidilhom li wasal it-tadam… imma kellna bżonn ħames kilos, il-purtinar stess mar jixtri, u wasal bihom…u sadanittant waslu tletin kilo ieħor awtomatikament.”

Luke Cutajar, li ukoll qed jagħti daqqa t’id fil-kċina jħoss soddisfazzjon li qed ikunu ta’ appoġġ għal front liners fil-ġlieda kontra Covid-19.

”Hawnhekk iġibulna l-provvisti per eżempju ħaxix, frott jew ross u għaġin, u mbagħad ngħidu per eżempju għandna broccoli spinaċi, u tadam… ejja ngħaqqdu platt nagħmlu soppa jew għaġin biz-zalza per eżempju u milli jġibulna nkunu nistgħu nagħtu lil dawk li huma fil-bżonn.”

Rodney Marsh qal li jispikka l-ispirtu ta’ kooperazzjoni bejn it-tim waqt li jħejju l-ikel għall-ħaddiema fl-Isptar Mater Dei u ħaddiema oħra bħall-uffiċjali tal-pulizija u tal-armata bħala rikonoxximent tax-xogħol siewi li qed jagħmlu.

”Mill-ħin li tlift tiegħi, nagħti xi ħaġa lil ħaddieħor hux…”

Alessandra Muscat li taħdem bħala counseller fl-iskejjel ukoll qed tmidd idejha fil-kċina.

”Hawnhekk dieħla u ħierġa mill-kċina biex nara jekk għandhomx bżonn xi ħaġa bħala materjal u nippruvaw insibu sponsors, is-soċial media ma tieqafx u n-nies jibgħatulna messages biex jiġu jgħinuna…”

Il-Ministru għall-Edukazzjoni, Owen Bonnici żar lill-voluntiera biex jirringrazzajhom tax-xogħol li qed iwettqu wara li parti mill-binja tal-iskola nbidlet fi kċina mgħammra b’dak kollu meħtieġ b’kollaborazzjoni mal-ħaddiema tal-Kulleġġ ta’ San Benedittu.

 

Aħbarijiet Oħra
Kronaka

Raġel ta’ 52 sena mis-Siġġiewi jinsab midrub gravi wara li waqa’ minn fuq scaffolding ta’ madwar żewġ sulari. L-inċident seħħ għall-ħabta tat-tmienja ta’ filgħodu f’sit ta’ kostruzzjoni, f’Misraħ Forok, ir-Rabat. Il-Pulizija…

Immigrazzjoni

L-ekwipaġġ tal-bastiment Europa II jinsab għall-kenn wara t-tanker CURACAO ‘l barra mill-ponta tal-Jerma f’Wied il-Għajn wara li l-ekwipaġġ Malti kellu jabbanduna l-pożizzjoni tiegħu mat-13-il mil ‘il barra minn Malta, minħabba…

Lokali

L-Għadqa Repubblika permezz tal-avukati tagħha talbet lill-Avukat Ġenerali biex jibgħat lura r-rapport tal-inkjesta tal-Maġistrat Joe Mifsud dwar id-denunzji tagħha biex jkunu investigati il-Prim Ministru, il-Kmandant tal-Armata u l-ekwipaġġ tal-patrol boat…

Aktar