Kisbiet
Ma taqtax qalbha tidħol fil-moda bis-siġġu tar-roti

Il-Ġimgħa tal-Moda, li saret f’Malta f’Mejju li għadda, serviet ta’ ispirazzjoni għal Melissa Pace, li minkejja d-diżabbiltà tagħha, għandha ħerqa kbira biex tinvolvi ruħha fid-dinja tal-moda u tegħleb il-preġudizzji li jista’ jkun hemm f’dan is-settur għall-persuni b’diżabbiltà.

“Il-Fashion Week kienet turning point, fis-sens li jien rabbejt il-kuraġġ għax kont ilni biex niftaħ page fuq Facebook u Instagram imma qisni dejjem qtajt qalbi għax ma ħassejtnix ippreparata biżżejjed,” qalet Melissa.

Din hi l-esperjenza ta’ Melissa Pace, li għalkemm twieldet b’kundizzjoni rari fl-għadam, ma ħallithiex ixxekkilha mill-ħolm tagħha. “Meta kont żgħira kelli nagħmel operazzjoni biex ikolli sapport fl-għadam ħalli ma jinkisrux daqshekk malajr u minħabba f’hekk nagħmel użu mill-wheelchair.”

Melissa, li għandha 22 sena, għandha għal qalbha dak kollu li għandu x’jaqsam mal-moda. Għall-persuni bħalha din toffri sfidi partikolari. “Insib ħafna problemi, pereżempju ċerti sizes ma nsibx minħabba l-istatura tiegħi, speċjalment żraben. Ħafna drabi nilbes żraben tat-tfal għax qatt ma nsib li jiġuni.”

Melissa, li qed tistudja biex issir awditur, tħoss li f’Malta għad hawn stigma fil-konfront tal-persuni b’diżabbiltà li jidħlu fil-qasam tal-moda. “Il-fatt li qiegħda f’wheel chair qishom fil-mentalità ta’ ċerti nies, mela inti tajba biex tagħmel xogħol fuq desk biżżejjed, u dak biss tista’ tagħmel. Mentri mhix hekk.”

Ix-xewqa tagħha hi li tiftaħ YouTube Channel, li apparti turi lil nies kif jagħmlu l-make-up, iservi ta’ motivazzjoni għal oħrajn li għadhom ma ħarġux minn qoxrithom.

“Nixtieq ngħaddi messaġġ ta’ kuraġġ mhux biss lil min juża wheel chair imma kwalunkwe persuna li forsi ssib ruħha demotivata jew qed taqta’ qalbha li taf kif forsi tara xi ħaġa li nkun tfajt u tgħid xorta mhux taqta’ qalbha,” issotni Melissa.

Melissa għandha f’rasha wkoll li tmur tgħix għal rasha. “Ovvjament se jkolli sfidi differenti minn ħaddieħor, però ma jfissirx li mhux nilħaq l-għanijiet tiegħi u mhux se ngħix għal rasi għax m’għandi xejn inqas minn ħaddieħor.”

Melissa stqarret li se tibqa’ tħares lejn kull opportunità u mhux biħsiebha tieqaf qabel twettaq il-ħolm tagħha.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Il-Kummissjoni Ewropea sejħet lill-istati membri bi skemi ta’ ċittadinanza u residenza b’investiment biex isaħħu l-kontrolli u l-iskrutinju li jagħmlu fuq l-applikanti minħabba r-riskji li dawn l-iskemi jistgħu jintużaw għal skopijiet…

Lokali

Il-Prim Ministru Joseph Muscat assigura li l-abbozz ta’ ftehim finali li se jiġi ppreżentat għall-ftehim mal-grupp Corinthia se jindirizza t-tħassib ġenwin li tqajjem minn kwartieri differenti. Mistoqsi dwar il-valur tal-art,…

Lokali

X Factor Malta ħabbar li r-rebbieħ ta’ The X Factor UK 2018, Dalton Harris se jkun il-mistieden speċjali għall-finali ta’ X Factor Malta. Dalton Harris flimkien ma’ James Arthur nedew…

Brexit

Il-Prim Ministru Joseph Muscat fil-Parlament fisser il-passi li qed jieħu l-Gvern f’każ li r-Renju Unit joħroġ mill-Unjoni Ewropea mingħajr ftehim. Il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia ddikjara li l-Oppożizzjoni tappoġġja l-ftehim bejn…

Aktar