Budget
Ma tistax tħallas b’iktar minn €10,000 f’kontanti

Bħala parti mill-baġit, il-Gvern ħabbar li f’diversi setturi mhux se jkun iktar permess li wieħed jixtri bi flus kontanti f’ammonti kbar.

Dan hekk kif Malta huwa l-uniku pajjiż fl-Unjoni Ewropea li m’għandux massimu stabbilit għall-użu tal-flus kontanti.

Il-massimu ta’ flus kontanti permessibbli se jkun €10,000, u s-setturi b’din ir-restrizzjoni huma tal-proprjetà, vetturi, jottijiet, ħaġar prezzjuż u arti.