Qorti
Ma toqtolx għal xejn b’xejn – missier Joseph Bonnici

Kompliet llum fil-Qorti il-kumpilazzjoni fil-qtil ta’ Maria-Lourdes u Angele Bonnici li allegatament inqatlu mill-iben/ħu l-vittmi – Joseph Bonnici.

Fil-Qorti ta x-xhieda tiegħu l-missier tal-familja Bonnici, Paul li qed jiskonta sentenza ta’ 31 sena ħabs fuq il-qtil tal-ġirien tiegħu.

Meta mistoqsi jitkellem dwar ir-relazzjoni bejn l-aħwa Joseph u Angele Bonnici, il-missier qal li Angele qatt ma ħamlet lil ħuha u kien jibża’ li la jmut hu kienet ittella’ lil ibnu l-Qorti fuq allegat abbuż sesswali.

Paul Bonnici tkellem fil-Qorti dwar l-allegazzjoni ta’ bintu li ġiet stupratha minn ħuha Joseph meta kienu żgħar. Meta qaltlu b’din l-allegazzjoni saqsiha għala qatt ma tkellmet qabel. Dan ukoll qaluh xhieda oħrajn fil-Qorti fosthom kollegi ta’ Angele u t-tfajla ta’ Joseph Bonnici.

Bonnici kompla jsemmi kif Angele kien moħħha biex taqla’ l-inkwiet lil ħuha u li darba meta ttawwal minn toqba f’ħajt fejn kien jgħix ibnu, ra xena xokkanti – lemaħ lil bintu Angele għarwiena għajr għal xugaman li żammet magħha.

Il-missier tal-familja Bonnici qal li Angele kienet qed tippjana wkoll li tibgħat xi ħbieb kaċċaturi fl-għalqa ta’ ħuha propju biex iġġibu fl-inkwiet.

Fil-Qorti, meta mistoqsi jekk ibnu Joseph kienx bniedem kwiet, bħalma ddeskrivewh iz-zijiet tiegħu, Paul Bonnici rrimarka li min hu bniedem kwiet ma joqtolx. Żied jgħid ukoll li min joqtol ma joqtolx għal xejn b’xejn.

Paul Bonniċi kompla jgħid li huwa kien qatel lill-ġirien ħabba martu li kienet moħħha biex taqla’ l-inkwiet u ġġelled lin-nies. Qal ukoll li martu ma baqgħetx iżżuru spiss il-ħabs minħabba saħħitha iżda rrimarka li biex tmur tixtri ma’ bintu kienet tiġiha lura s-saħħa.

Fil-Qorti tkellem ukoll eks kollega ta’ Angele u qal li kienet qaltlu li m’għadhiex il-persuna li kienet qabel. Ix-xhieda qal ukoll li meta darba minnhom mar il-baħar mal-aħwa, huwa ma nnota l-ebda diżgwid bejniethom.

Il-każ ikompli jinstema’ fil-Qorti f’Ġunju.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

L-Għaqda Inħobbu l-Gżira, li hija vuċi kontra l-iżvilupp fuq Manoel Island, qalet li minkejja l-petizzjoni li ressqet quddiem il-Kumitat tal-Petizzjonijiet bi 8,487 firma, din għadha ma ġietx diskussa fil-Parlament. Fi stqarrija qalet…

Lokali

Il-Gvern fi stqarrija ċaħad rapporti li xxandru fuq mezzi oħrajn tax-xandir u li anke ġew kwotati minn xi membri tal-Oppożizzjoni, dwar żidiet fil-pagi tal-membri tal-Kabinett. Fl-istqarrija l-Gvern qal li dawn…

Għawdex

Ċifri li kiseb TVM juru li nhar Santa Marija, il-kumpanija Gozo Channel operat mad-90 vjaġġ, żieda ta’ 14-il vjaġġ fuq l-istess jum is-sena l-oħra. B’kollox nhar il-Ħamis qasmu lejn Għawdex…

Aktar