Kurżitajiet
Ma tqażżuhx u serquh mal-lejl

Ħadd ma basar li mill-Palazz Blenhein, seta’ jinsteraq loki tad-deheb li kien imwaħħal b’kollox mas-sistema tad-drenaġġ.

Il-loki, ta’ 18-il karat deheb pur, inġarr minn grupp ħallelin fis-sigħat bikrin ta’ filgħodu.

Minkejja li kien jintuża minn kull min kien jiġi mistieden iżur il-Palazz, il-loki kien ukoll meqjus bħala opra tal-arti tal-artist Maurizio Cattelan.

Il-pulizija għaddejjin bit-tfittxijiet tagħhom u raġel ta’ 66 sena ġie arrestat b’rabta mal-każ.

Biex serqu l-opra tal-arti msemmija “America”, il-ħallelin ħallew ħerba ta’ ilma u ħsara warajhom.

 

Aħbarijiet Oħra
Ambjent

L-għawwiema din is-sena wisq probabbli li qed jirnexxielhom jiskansaw xi tniggiża minn xi brama. Dan minħabba li l-klima sħuna ta’ din is-sena wasslet biex il-qatgħet ta’ bram jidħol qabel beda…

Sport

Fl-aħħar sena u nofs li ilu miftuħ l-iskatepark ta’ Birżebbuġa, l-isport tal-BMX ħa spinta fost iż-żgħażagħ tal-lokal u dawk tal-madwar. Anki jekk l-iskatepark kien kemm-il darba sors ta’ kontroversja minħabba…

Internet

Mal-medda tas-snin il-qasam diġitali għamel passi ta’ ġgant. Bla dubju, biddel bil-bosta l-mod ta’ kif ilkoll ngħixu. Fost l-oħrajn, dak li jkun sar juża l-mezzi soċjali kif ukoll l-internet biex…

Aktar