Stejjer Umani
Ma’ żewġha qed trabbi t-tarbija li kellha minn stupru vjolenti

Il-koppja Amerikana Jennifer u Jeffrey Christie ġew Malta biex matul il-mixja tal-Life Network Foundation irrakkuntaw l-esperjenza tagħhom kif, minkejja li ħames snin ilu Jennifer ħarġet tqila b’riżultat ta’ stupru, iddeċidew li jżommu t-tifel u jrabbuh u jħobbuh bħat-tfal l-oħra tagħhom.

B’kartelluni ‘Kun INT il-vuċi tiegħi’, ‘L-Imħabba ssalva l-ħajjiet’ u ‘Il-Ħajja hi l-ewwel dritt tal-bniedem’, dawk li pparteċipaw fl-attività tal-Life Network Foundation il-Ħadd wara nofsinhar imxew fit-toroq tal-Belt biex iwasslu messaġġ favur il-ħajja u kontra l-abort. Għal din l-attività ġew Malta l-koppja Amerikana Jennifer u Jeffrey Christie.

Ħames snin ilu Jennifer ġiet stuprata minn raġel, li waqt l-attakk kissrilha l-kustilji u s-swaba’, u minħabba f’dan l-attakk kellha tagħmel sitt operazzjonijiet maġġuri. Sitt ġimgħat wara saret taf li ħarġet tqila, u Jennifer tgħid li meta marret għall-ultrasound u rat il-qalb tat-tarbija tnemnem fuq l-iscreen, ħasset il-ħajja ġo fiha u f’dik it-tarbija rat it-tama u l-ferħ.

“We believe that life starts at conception. I had just been through something violent and tragic and horrible and I couldn’t imagine visiting violence and trauma, not only again on my body but on someone else’s body. For me having a child was something beautiful and healing. It’s not that we’re here to yell at other women who have been in a similar situation, we’re not here to say, you know, you should never have an abortion, this is horrible,” tgħid Jennifer.

“We’re here to say that you can do this. We’re here to say that the path to healing and wholeness is not found through more violence and trauma. It’s a message of love and encouragement and empowerment, and we’re just here to say that you’re being lied to when you’re told that the way to being well again is to do an abortion,” tisħaq Jennifer.

Ir-raġel ta’ Jennifer, Jeffrey, jgħid li meta jkun mistoqsi kif jirnexxielu jrabbi tifel ta’ wieħed li abbuża minn martu jgħid li ma jafx, għax għalih dan it-tifel ta’ erba’ snin hu binhom.

“The moment of the assault of course was bad, it was painful, but we both thought from the very beginning when she found out she was pregnant, that this child was going to be a source of hope for us, of healing,” fisser Jeffrey. “He’s been a great blessing to us. He’s an innocent.”

Iċ-chairperson tal-Life Network Foundation, Miriam Sciberras, qalet li hemm min qed jinstiga d-dibattitu biex l-abort jidħol f’Malta wkoll. Dr Sciberras qalet li fl-Irlanda hemm għadd kbir ta’ tobba u ġinekologi li qed jirrifjutaw li jagħmlu l-abort għax ma jridux li l-kuxjenza tagħhom tkun mittiefsa. Qalet li jekk il-pajjiż ma jintebaħx bit-theddida li hemm fuq ix-xefaq, faċli ħafna li l-abort jidħol Malta wkoll.

Aħbarijiet Oħra
Partit Nazzjonalista

Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia qal li jkun xi jkun ir-riżultat tal-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew u l-Kunsilli Lokali, huwa u sħabu kommessi li jaħdmu aktar qalb in-nies li mhux…

Partit Laburista

F’Mass rally il-Birgu, il-Prim Ministru u Mexxej Laburista Joseph Muscat qal li l-għażla ta’ nhar is-Sibt li ġej mhix bejn l-aħmar u l-blu, imma dik bejn li tmur lura jew…

Passatemp

Eluf ta’ key chains taħt saqaf wieħed, huma l-mimmi t’għajnejn Ġorġ Borġ, li faċilment jista’ jingħad li għandu l-ikbar kollezzjoni tagħhom f’Malta. Qatt ma xtara waħda, iżda huwa kburi li…

Aktar