Lokali
Maċedonjan imfittex dwar serq bl-armi arrestat mill-Pulizija Maltin

Il-Pulizija Maltija mit-Taqsima tar-Relazzjonijiet Internazzjonali, ilbieraħ arrestaw raġel mill-Maċedonja ta’ Fuq, ta’ 44 sena, permezz ta’ Mandat ta’ Arrest Ewropew, maħruġ fuq
talba tal-Awtoritajiet Slovakki.

Ir-raġel kien imfittex sabiex jgħaddi proċeduri kriminali dwar serq bl-armi u kriminalità organizzata.

Huwa se jitressaq il-qorti llum għall-ħabta tal-ħdax quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Dr Yana Micallef Stafrace.

Il-Prosekuzzjoni ser titmexxa mill-Ispettur Mark Galea, mit-Taqsima tar-Relazzjonijiet Internazzjonali.