Barranin
Macron jgħid li kkonvinċa lil Trump biex iħalli s-suldati fis-Sirja

Il-President Franċiż Emmanuel Macron qal li kien hu li kkonvinċa lill-President Amerikan Donald Trump biex ma jirtirax it-truppi mis-Sirja u biex dawn jibqgħu għaż-żmien twil. L-Istati Uniti għandhom mal-2,000 suldat fil-Lvant tas-Sirja li qed jagħtu l-appoġġ tagħhom lill-Gruppi Musulmani Kurdi u Gruppi Għarab oħra li flimkien jissejħu l-Forzi Demokratiċi tas-Sirja.

Aktar kmieni dan ix-xahar Trump kien qal li ser jirtira mill-kwistjoni tas-Sirja kemm jista’ jkun malajr iżda wara li tkellem mal-President Franċiż ikkonvinċa ruħu li t-truppi Amerikani jibqgħu f’dan il-pajjiż. Tant li flimkien mar-Renju Unit u Franza attakka postijiet ta’ ħażna tal-produzzjoni u ħażna ta’ kimika valenuża. L-attakk li sar minfuq il-baħar u bl-ajru sar bi tpattija talli l-Gvern fis-Sirjan attakka bil-kimika ċittadini Sirjani f’Duma l-ġimgħa ta’ qabel li kienu qed jistkennu mill-gwerra ċivili.

Il-President Franċiż u l-President Amerikan iddiskutew ħafna drabi l-attakk qabel dan seħħ. Il-Gvern Amerikan qal li ser ikompli bil-ġlieda kontra l-Grupp li jsejjaħ lilu nnifsu Stat Iżlamiku l-ISIS.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Mas-60 persuni, fosthom tfal, tilfu ħajjithom, u madwar 100 oħra sfaw feruti meta ntlaqtu minn ferrovija fl-istat ta’ Punjab, fl-Indja. Filmat li nġibed minn mobile juri dawn il-mumenti xokkanti. It-traġedja ġrat…

Barranin

L-Arabja Sawdija ammettiet li l-ġurnalist Jamal Khashoggi nqatel fil-konsolat tagħha fit-Turkija, wara li għal ħmistax sħaħ sostniet li dan kien ħareġ mill-konsolat qawwi u sħiħ. Il-midja tal-istat tas-Sawdi kkwotat l-ewwel…

Barranin

Anzjan spiċċa b’imnieħru u tliet kustilji miksurin wara li qala’ xebgħa mingħand sid ta’ restorant talli ordna biss antipasto.  Il-każ seħħ f’Arezzo fl-Italja u jinsab f’ħoġor il-Qorti. Il-klijent, li għandu…

Familja Rjali

Meghan Markle u l-Prinċep Harry sabu ftit tal-ħin biex jerħulha lejn il-baħar waqt li qegħdin fi żjara Rjali fl-Awstralja. Huma żaru l-bajja famuża Bondi Beach fejn iltaqgħu mal-membri tal-OneWave, komunità…

Aktar