Barranin
Macron jgħid li l-forzi militari Franċiżi qatlu lill-mexxej tal-Istat Iżlamiku fis-Sahara

Il-President Franċiż Emmanuel Macron qal li l-forzi militari Franċiżi qatlu lill-militant Iżlamiku Adnan Abu Walid al-Sahrawi – il-mexxej tal-Istat Iżlamiku fis-Sahara. Fi tweet, Macron qal li dan huwa suċċess ieħor kbir fil-ġlieda kontra l-gruppi terroristiċi f’Sahel. Huwa iżda ma tax dettalji dwar il-post fejn seħħet l-operazzjoni.

Sahrawi huwa l-mexxej storiku tal-Istat Iżlamiku fir-reġjun Sahel fil-Punent tal-Afrika u l-grupp tiegħu kien attakka lil suldati Amerikani fl-2017. Macron qal li f’Awwissu ta’ sena ilu Sahrawi kien ordna li jinqatlu sitt ħaddiema tal-karità Franċiżi u x-xufier tagħhom Niġerjan.