
Barranin
Macron jitlob lill-UE u lill-Istati Uniti biex jgħaddu 5% tal-vaċċini tagħhom lill-pajjiżi tat-tielet dinja
Il-President Franċiż Emmanuel Macron appella lill-Unjoni Ewropea u lill-Istati Uniti biex jibgħatu 5% tal-vaċċin tal-coronavirus tagħhom lill-pajjiżi tat-tielet dinja. Hu qal li jekk ma jsirx hekk se tkun qed tkompli tikber l-inugwaljanza fost il-pajjiżi kollha.
Sa issa l-maġġoranza tal-vaċċin wasal biss għand pajjiżi kkunsidrati ‘sinjuri’.
Macron propona dan il-pjan hekk kif llum se jkun qed jindirizza s-summit virtwali tal-G7.
Intant il-President tal-Istati Uniti Joe Biden se jkun qed iħabbar pjan ta’ erba’ biljun dollaru Amerikan biex iqassam vaċċini madwar id-dinja.