Barranin
Madonna se tkanta jew le fil-Eurovision?

Il-grupp li jorganizza l-Eurovision qal li Madonna jaf ma titfaċċax għall-kompetizzjoni tal-kant hekk kif għadha ma ffirmat l-ebda kuntratt.

L-uffiċjal imlaħħaq fix-xena tal-Eurovision, Jon Ola Sand qal li l-kumpanija qatt ma kkonfermat li Madonna se tkun qed tagħti l-prestazzjoni tagħha waqt il-kompetizzjoni.

Ola Sand qal li mingħajr kuntratt iffirmat, hija ma tistax tidher fuq il-palk irrispettivament minn dak li qalu l-managers tagħha f’April li għadda.

Intant tibqa l-mistoqsija jekk hix se tidher u tkanta jew le f’Tel Aviv fit-18 ta’ Mejju.

F’April li għadda kien tħabbar li l-istilla Amerikana tal-mużika pop se tkanta żewġ kanzunetti x’aktarx mill-album il-ġdid tagħha Madame X waqt l-intervall tal-Eurovision.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Fir-Renju Unit telgħu għal tmienja l-politiċi s’issa, li daħlu fit-tellieqa biex jieħdu post Theresa May bħala Mexxej tal-Partit Konservattiv wara li ħabbret li se tirriżenja fi żmien ġimagħtejn oħra. Il-mexxej…

Barranin

21 stat membru tal-Unjoni Ewropea llum qed jivvotaw biex jeleġġu l-ewroparlamentari li se jirrapreżentaw lill-pajjiżhom fil-Parlament Ewropew. Il-Ħamis ivvutaw l-Olanda u r-Renju Unit li kellu jipparteċipa f’dawn l-elezzjonijiet minħabba li…

Barranin

Fir-Renju Unit bdiet it-tellieqa għall-mexxej tal-Partit Konservattiv li jmiss, wara li lbieraħ, Theresa May ħabbret li se tirriżenja x-xahar id-dieħel. Din l-elezzjoni mhux se tirriżulta biss f’mexxej ġdid tal-partit, imma…

Barranin

Mill-inqas 8 persuni ndarbu wara li pakkett suspettat b’bomba sploda fiċ-ċentru tal-belt Franċiża ta’ Lyon. Lyon hi t-tielet l-ikbar belt fi Franza. Il-Pulizija ssiġillaw ix-xena tal-inċident u bħalissa fuq il-post…

Aktar