Eurovision
Madonna tintlemaħ f’Tel Aviv… mistennija tkanta fil-Eurovision

Il-kantanta ta’ fama internazzjonali Madonna ntlemħet f’Tel Aviv, Iżrael, iktar kmieni llum.

Crew ta’ TVM li jinsab f’Tel Aviv, fejn illejla l-kantanta Michela se tirrappreżenta lil Malta fit-tieni semi-finali tal-Eurovision, lemaħ lil Madonna u t-tim tagħha fl-inħawi tal-Expo Arena.

Fl-aħħar jiem kien hemm spekulazzjoni jekk hux se tkun qed tkanta jew le fil-Eurovision, bis-Supervisor Eżekuttiv tal-ESC jgħid li jekk Madonna ma kinitx se tiffirma l-kuntratt, ma kinitx se titħalla tkanta.

Iżda llum sezzjonijiet tal-midja Iżraeljana rrappurtaw li Madonna kienet iffirmat il-kuntratt, li permezz tiegħu mistennija tkanta fl-intervall tal-finali tas-Sibt.

Ara wkoll:

Madonna se tkanta jew le fil-Eurovision?

Madonna se tkanta waqt il-Eurovision f’Tel Aviv?

 

Aħbarijiet Oħra
Budget

Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li r-regoli Ewropej ma jippermettux lil Malta biex tagħmel kontrolli estensivi fil-fruntiera. Huwa rrikonoxxa l-kompetizzjoni inġusta li qed jesperjenzaw in-negozji ż-żgħar minħabba kuntrabandu li jidħol…

Immigrazzjoni

Il-vapur Ocean Viking, operat mill-għaqdiet mhux governattivi SOS Medieranee u Medecins Sans Frontieres, salva 36 immigrant ieħor minn fuq dgħajsa tal-injam li kienet f’diffikultà fl-ibħra Maltin. Kelliema għall-Forzi Armati qalet…

Qorti

Immigrant żagħżugħ ta’ 16-il sena li gidem uffiċjal tad-detenzjoni hekk kif prova jaħrab miċ-ċentru ta’ detenzjoni f’Ħal Safi jumejn ilu baqa’ miżmum arrestat. Iż-żagħżugħ irnexxielu jiddendel mal-fence taċ-ċentru tad-detenzjoni u…

Kostruzzjoni

Il-President tal-għaqda tal-iżvilupatturi Sandro Chetcuti ikkundana mingħajr tlaqliq ir-rimi ta’ skart tal-kostruzzjoni f’ambjent naturali u fil-wied tal-Imġarr. Huwa qal li l-MDA għandha ħjiel ta’ minn rema l-iskart tal-kostruzzjoni f’wied fl-Imġarr…

Aktar