Barranin
Madonna titlef appell fil-qorti – l-affarijiet personali tagħha se jibqgħu jinbiegħu fi rkant

Qorti tal-Appell f’Manhattan ċaħdet it-talba tal-kantanta Madonna biex twaqqaf il-bejgħ ta’ affarijiet personali tagħha li jinkludu ittra mill-eks maħbub tagħha, Tupac Shakur.

Hija qiegħda tfittex lil Darlene Lutz ex ħabiba tagħha u lil GottaHaveRockandRoll.com, sit tal-irkant online, li fuqu Lutz qed tbigħ l-affarijiet.

Dawn l-affarijiet li qed jinbiegħu huma affarijiet li “sparixxew” meta Madonna kienet qed tiċċalaq minn Miami fl-2004. Dawn l-affarijiet tfaċċaw online f’Lulju 2017.

Il-Qorti qalet li l-pretensjonijiet ta’ Madonna kienu preskritti minħabba ftehim li kien hemm ma’ Lutz, li din setgħet tagħmel li trid b’dawn l-affarijiet hekk kif hija s-sid tagħhom. Madankollu Madonna qalet li ma kienet taf b’xejn li Lutz kellha l-affarijiet, sakemm saret taf bl-irkant li qed tagħmel Lutz. Lutz kienet ħadmet għall-kantanta bejn l-1981 u l-2003.

F’April tas-sena l-oħra, il-Qorti f’Manhattan ma komplitx tisma’ dan il-każ minħabba li l-kantanta kienet ħalliet wisq żmien jgħaddi biex tiftaħ kawża.  Madonna ma kinitx kuntenta b’din id-deċiżjoni u rrikorriet fil-qorti tal-appell, iżda anki hawn il-qorti ċaħdet it-talba tal-kantanta.

Apparti l-ittra mill-ex maħbub ta’ Madonna, l-affarijiet kienu jinkludu brush li fuqha hemm xagħar il-kantanta, kif ukoll ħwejjeġ intimi.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Magician fl-Indja niżel marbut b’katina fi xmara biex jagħmel bħal Houdini, iżda sfortunatament ma reġax tfaċċa, u huwa maħsub li miet. Chanchal Lahiri, magħruf bħala Mandrake, niżel fix-xmara Hooghly, fl-istat…

Barranin

Xufier ta’ trakk fl-Italja sab ruħu fil-ħin u l-post opportun biex isalva żagħżugħ li kien qed jipprova jneħħi ħajtu. Il-każ seħħ f’Milan, meta ġuvni ta’ 19-il sena tela’ fuq pont…

Barranin

Il-Pulizija qed ifittxu l-moħħ wara l-isparaturi li seħħew ilbieraħ filgħaxija f’Philadelphia li ħallew student maqtul u 7 oħra midruba. L-isparaturi seħħew f’festin tal-gradwazzjoni fejn kien hemm madwar 60 persuna bil-pulizija…

Barranin

Student u attivist magħruf minn Hong Kong, Joshua Wong, sejjaħ għar-riżenja tal-mexxejja Carrie Lam, wara li nħeles mill-ħabs. L-istudent huwa sinonimu mal-protesti li seħħew f’Hong Kong lura fl-2014 liema dimostrazzjonijiet…

Aktar