Lokali
Madwar 13,000 ktieb għall-ħaddiema tas-saħħa li jaħdmu qrib il-pazjenti tal-Covid-19

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb ippreżenta madwar 13,000 ktieb għall-ħaddiema tas-saħħa li qed jaħdmu mill-qrib mal-pazjenti tal-Covid-19.

Id-donazzjoni ġiet ippreżentata mid-Direttur tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb, Simona Cassano u l-Ministru għall-Edukazzjoni, Justyne Caruana, lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne.

Il-Kunsill qal li b’dan il-ġest jixtieq juri l-appreżament tiegħu lejn ix-xogħol imprezzabbli tal-carers, l-infermiera, it-tobba u l-ħaddiema kollha fil-qasam tas-saħħa. Fi stqarrija qal li din hija l-ewwel donazzjoni għal din is-sena, li taqbeż il-valur ta’ €122,000.

Il-kotba se jitqassmu lill-ħaddiema fil-ġimgħat li ġejjin.