Madwar id-dinja ċċelebrat il-jum dinji tal-kuntentizza

Il-pajjiżi Nordiċi (id-Danimarka, l-Iżvezja u n-Norveġja) u l-Iżvizzera għandhom ċittadini li huma l-aktar sodisfatti b’ħajjithom u kuntenti fl-Ewropa.

Fl-okkazzjoni tal-jum dinji tal-kuntentizza, l-uffiċċju tal-istatistika Ewropew, il-Eurstat, ħareġ statistika li turi kemm huma sodisfatti ċ-ċittadini fil-pajjiżi fejn jgħixu fl-Ewropa.

Happiness in the EUL-erba’ pajjiżi l-aktar kuntenti fl-Ewropa kejlu medja ta’ 8.0 fl-iskala tal-kuntentizza, segwiti mill-Olanda u l-Awstija li kejlu medja ta’ 7.8.

L-inqas poplu kuntent huwa tal-Bulgarija li fil-klassifika kejjel medja ta’ 4.8.

Wara l-Bulgarija, ġew il-Greċja, Ċipru, l-Ungerija u l-Portugal li kejlu medja ta’ 6.2.

F’Malta l-medja tal-kuntentizza hija ta’ 7.1.

L-aktar grupp li huma kuntenti f’ħajjithom huma ż-żgħażagħ li għandhom bejn 16 u 24 sena u t-tendenza hi li aktar ma persuna tikber fl-età aktar tonqos il-kuntentizza tagħha ħlief għall-grupp li għandu bejn 65 u 74 sena li għal ħafna huwa ż-żmien meta jirtira mix-xogħol.

Mill-istħarriġ tal-Eurostat joħroġ ukoll li n-nisa u irġiel huma sodisfatti bl-istess mod b’ħajjithom.

Meta mistoqsijin x’jagħmilhom l-aktar kuntenti, l-maġġoranza wieġbu stat ta’ saħħa tajjeb segwit minn sitwazzjoni finanzjarja tajba.

 

 

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Is-Segretarju Parlamentari Julia Farrugia Portelli tistqarr li jkun żball jekk il-kannabis tiġi ppreżentata bħala sustanza li tista’ tintuża għal skop rikreattiv. Waqt il-programm Ras imb ras hija spjegat x’se jagħmel…

Lokali

Il-quddiesa tal-lejla fil-Knisja ta’ Santu Wistin il-Belt, li fiha Patri Deo Debono, kien wieħed mill-konċelebranti kienet l-aħħar waħda tiegħu fil-pubbliku, almenu għalissa. Dan wara li l-Arċisqof Charles J. Scicluna ddeċieda…

Parlament

Il-binja tal-Parlament baqgħet tagħmel l-ilma u dan minkejja skont l-Ispeaker Anglu Farrugia saru xogħlijiet ta’ manuntenzjoni biex tiġi indirizzata l-problema li kienet mill-bidu nett u li kkawżat problemi kemm għall-impjegati…

Aktar