Barranin
Magdalena Andersson issir l-ewwel Prim Ministru mara fl-Iżvezja

Magdalena Andersson ġiet approvata mill-Parlament tal-Iżvezja bħala l-ewwel Prim Ministru mara. L-Iżvezja kien l-uniku pajjiż Nordiku li qatt ma eleġġa mara fit-tmun tal-pajjiż.

Andresson, li hija l-mexxej tad-Demokrariċi u kienet qed tokkupa l-kariga ta’ Ministru tal-Finanzi, se tkun qed tieħu post il-Prim Ministru Stefan Lofven, mexxej tas-Soċjal-Demokratiċi.

Minn 349 deputat fir-Riksdag, il-Parlament Żvediż, 174 ivvutaw kontriha, 117 favuriha, waqt li 57 astjenew.

Minkejja li ma rebħitx il-vot tal-kamra biex tkun eletta Prim Ministru, Andersson xorta ġiet ikkonfermata fil-kariga, għaliex skont il-liġi Żvediża, għandha bżonn biss li l-maġġoranza ma jivvutawx kontriha.

Andersson mistennija tibda b’għadma iebsa, b’fazzjonijiet tal-oppożizzjoni li diġà ddikjaraw li se jivvutaw kontra l-baġit.