Lokali
ARA: Flok traffiku, illum Triq Manwel Dimech qed tingħata wiċċ ġdid

Illum se jkun qed issir l-aħħar xogħol fi Triq Manwel Dimech, f’Ħal Qormi. Dan hekk kif minn dalgħodu beda x-xogħol tal-asfalt li għandu jibqa’ sejjer sa nofsilejl.

Matul dan il-ħin, it-triq, minn ħdejn ir-roundabout biswit is-supermarket sar-roundabout ta’ ħdejn il-pompa tal-petrol se tkun magħluqa għat-traffiku kollu inkluż it-trasport pubbliku.

Jekk it-temp jippermetti, il-linji tat-traffiku jinżebgħu bejn it-Tnejn 15 u l-Erbgħa 17 ta’ Jannar 2018. Biex jitnaqqas l-inkonvenjent għat-traffiku, ix-xogħol ser isir matul il-lejl bit-triq tingħalaq għat-traffiku bejn is-7pm u l-5am. Xi xogħlijiet, li ma jaffetwawx it-traffiku ser isiru matul il-jum f’fażijiet biex it-triq tibqa’ miftuħa.

Il-pubbliku huwa mitlub jevita din iż-żona u jgħaddi minn toroq alternattivi. Uffiċjali ser ikunu fuq il-post biex jgħinu fl-immaniġġjar tat-traffiku.

Fuq Facebook, il-Ministru għall-Infrastruttura Ian Borg qal li l-Gvern irid ikompli jtejjeb il-kwalità ta’ kif isir ix-xogħol u fejn ikun possibbli jimmasimizza l-24 iegħa tal-ġurnata fuq it-triq.

Ara wkoll:

Triq Manwel Dimech, Ħal Qormi magħluqa għada filgħodu

Aħbarijiet Oħra
Elezzjoni

Il-Membru Parlamentari Ewropew Francis Zammit Dimech qal li l-protezzjoni għall-whistleblowers għandu jkun estiż għall-ġurnalisti investigattivi. Dr Zammit Dimech qal li ressaq proposta biex ikun hemm mekkaniżmu favur l-iċċekjar tal-fatti biex…

Kronaka

Filmat li ttella’ fuq il-midja soċjali juri raġel jisraq qmis minn ħanut tal-ħwejjeġ fi Pjazza Antoine De Paule, f’Raħal Ġdid. Ir-raġel jidher jidħol fil-ħanut, iniżżel il-qmis mill-ixkaffa, u jdawwarha f’idejh,…

Infrastruttura

Fl-aħħar sentejn sar b’aktar minn miljun Ewro f’xogħol ta’ tisbiħ u manutenzjoni fi 32 blokka ta’ appartamenti tal-Gvern f’Ħal Qormi. Is-Segretarju Parlamentari għall-Akkomodazzjoni Soċjali, Roderick Galdes, qal li b’dan l-investiment…

Trasport

Il-Kummissjoni Elettorali fi stqarrija qalet li b’arranġament ma’ Transport Malta, se jiġi offrut is-servizz ta’ trasport b’xejn aktar kmieni mis-soltu, is-Sibt 25 ta’ Mejju. Dan qiegħed isir biex jiġi ffaċilitat…

Aktar