“Magħmudija” mhux tas-soltu fil-bajja ta’ San Tumas

Xena mhux tas-soltu llum waranofisnhar fil-bajja ta’ San Tumas, f’Wied il-Għajn, meta diversi membri tal-moviment evanġeliku ‘River of Love’ dehru neżlin fil-bajja biex “jitgħammdu”.

Din ix-xena ġidbet l-attenzjoni ta’ bosta li daru magħhom biex jaraw x’kienu se jagħmlu. Fil-fatt kienu diversi l-persuni bdew jiġbdu ritratti ta’ Pastor Gordon Manche jgħammed lis-segwaċi tal-moviment kontroversjali tiegħu.

Il-persuni “mgħammda” kienu kollha adulti ta’ età varja, li libsu kollox abjad għall-okkażjoni u niżlu sa qaddhom fl-ilma sakemm saret iċ-ċerimonja.

Aħbarijiet Oħra
Qorti

Il-Prim Imħallef Joseph Azzopardi esprima diżappunt għal mod kif numru żgħir ta’ avukati jagħmlu minn kollox biex it-tul tal-każ ma jintemm qatt anke wara s-sentenza finali tal-Qorti tal-Appell. Qal li…

Saħħa

Is-sinjura Michelle Muscat, mart il-Prim Ministru dalgħodu għamlet appell lin-nisa biex ma jibżgħux jagħmlu l-eżami tas-sider kontra l-kanċer u li meta jirċievu l-invit biex jagħmlu dan l-eżami, għandhom jagħmlu dan…

Lokali

“Bħalma persuna m’għandhiex tibqa’ dipendenti għal għomorha fuq il-benefiċċji soċjali, l-istess għandna nibdew inħarsu li persuna ma tibqax dipendenti fuq l-akkomodazzjoni soċjali.” Din hija fehmet il-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità tad-Djar Leonid…

Aktar