Unjoni Ewropea
Magħqudin fil-Kriżi

Il-kriżijiet ta’ spiss ma jħarsux lejn l-uċuħ meta jolqtuna. Filwaqt li xi wħud jistgħu jiġu previsti u indirizzati bi tħejjijiet xierqa, oħrajn jaħsduna għall-għarrieda, bħal fil-każ ta’ din il-pandemija storika li bħalissa qegħdin nippruvaw nindirizzaw. Id-dimensjoni enormi ta’ din is-sitwazzjoni għalhekk tfisser li dan mhuwiex iż-żmien għall-individwaliżmu, iżda l-mument fejn l-“aħna” ssir aktar importanti mill-“jien”.

F’dan ir-rigward, għalhekk, qegħdin ilkoll imdaħħlin fiha din il-biċċa: kriżi tas-saħħa li ftit rajna bħala fi żmienna, u li titlob l-għaqda u s-soluzzjonijiet komuni sabiex titrażżan, kemm jista’ jkun malajr, il-firxa ta’ dan l-għadu fatali u inviżibbli li biddlilna ħajjitna mil-lejl għan-nhar.

Il-President tal-Kummissjoni von der Leyen iddeskrivietha perfettament din is-sitwazzjoni fid-diskors tagħha fil-Parlament Ewropew nhar il-Ħamis li għadda. Fl-intervent tagħha dwar ir-rispons ikkoordinat Ewropew għat-tifqigħa COVID-19, irrimarkat li meta l-Ewropa verament ħtieġet li tkun magħquda, kien hemm uħud li ħasbu għalihom infushom. Dan sakemm is-sitwazzjoni ppreċipitat malajr fl-Ewropa kollha, u l-Istati Membri bdew iħossu l-konsegwenzi tal-azzjonijiet mhux koordinati tagħhom stess. Din hija r-raġuni għaliex, matul dawn l-aħħar ġimgħat, l-Unjoni Ewropea ħadet miżuri eċċezzjonali u straordinarji biex tikkoordina l-istrateġiji u l-inizjattivi meħtieġa.

L-iskala tat-tifqigħa u l-ewwel intoppi li seħħew fir-rigward tal-kunsinna ta’ provvisti u tagħmir kruċjali hekk kif l-istati għalqu l-fruntieri tagħhom, fissru li l-UE kellha taġixxi malajr. Għalhekk qed tinħoloq l-ewwel ħażna Ewropea ta’ tagħmir mediku, bħal pereżempju ventilaturi, maskri u provvisti għal-laboratorji, fejn il-Kummissjoni qed tiffinanzja 90 % tal-ispejjeż permezz ta’ RescEU. Din hija wkoll ir-raġuni għaliex tnedew diversi akkwisti konġunti ma’ Stati Membri — ħadu sehem 25 pajjiż — għax-xiri ta’ kits għall-ittestjar, ventilaturi u tagħmir protettiv. It-talbiet għal maskri, ingwanti, u goggles se jlaħħqu magħhom il-produtturi, u l-ewwel kunsinni għandhom jibdew fil-ġimgħat li ġejjin.

Fl-istess ħin, minħabba li l-għarfien u l-informazzjoni jsalvaw il-ħajja waqt pandemija, il-Kummissjoni waqqfet tim Ewropew ta’ esperti xjentifiċi biex joħorġu b’miżuri kkoordinati li kulħadd jista’ jsegwi.

Irridu ngħinu lil kulħadd jgħin lilu nnifsu, u nkomplu nżidu l-azzjonijiet tagħna. Iċ-ċittadini Ewropej u lbqija tad-dinja qed iħarsu lejna bħalissa, u se nibqgħu naħdmu bla heda biex insalvaw il-ħajjiet: anke f’din is-sitwazzjoni bla preċedent fejn il-professjonisti tal-kura tas-saħħa, li qegħdin f’riskju, u li huma fost l-aqwa fid-dinja, għandhom ir-riżorsi tagħhom limitati quddiem il-firxa tal-pandemija. Fi kliem ilPresident Von der Leyen, l-Ewropa taf ħafna lil dawn in-nies li qed jaħdmu fl-eqqel tal-kriżi.

Bħala l-bażi għal dawn l-azzjonijiet, hemm is-Suq Uniku li qed jiffunzjona bis-sħiħ. L-Ewropa żgurat li t-trasport tal-merkanzija essenzjali u l-provvisti tal-ikel jista’ jgħaddi minn ‘korsiji ħodor’ tul il-fruntieri kollha tal-Unjoni, sabiex jitnaqqas id-dewmien u tiġi ggarantita l-kontinwità ta’ provvisti essenzjali għaċ-ċittadini tagħna. Is-Suq Intern diġà qed jaħdem aħjar, u dan imur lil hinn mill-kummerċ u n-negozju, iżda jista’ jidher ukoll fis-solidarjetà fost il-pajjiżi li qed jittrattaw u jfejqu l-pazjenti bejn ilfruntieri — pazjenti Taljani minn Bergamo kienu fost l-ewwel li ġew trasferiti fl-isptar Universitarju Ġermaniż ta’Leipzig. Iċ-Ċentru ta’ Koordinazzjoni għar-Rispons ta’ Emerġenza tal-UE qed jaħdem ukoll 24/7 biex jappoġġa t-titjiriet ta’ ripatrijazzjoni għaċ-ċittadini tal-UE li jitħallew l-art f’pajjiż ieħor minħabba t-tifqigħa tal-coronavirus.

Tassew qegħdin fl-istess dgħajsa bħalissa, u l-ebda Stat Membru individwali ma għandu l-kapaċità li jissodisfa l-ħtiġijiet tiegħu stess għall-prodotti u l-kura tas-saħħa, fost ħafna kwistjonijiet oħra. IlKummissjoni Ewropea qed timmobilizza l-mezzi kollha għad-dispożizzjoni tagħha biex tappoġġa lillIstati Membri biex jindirizzaw il-pandemija attwali tal-coronavirus. Il-protezzjoni taċ-ċittadini tagħna hija l-ewwel prijorità tagħna. L-Istati Membri dejjem se jkunu fuq quddiem nett: anke f’Malta, qed naraw kuljum id-dedikazzjoni tal-ħaddiema u l-awtoritajiet tas-saħħa tagħna li qed jiggwidawna f’dan it-territorju mhux magħruf. Il-Kummissjoni Ewropea tkompli taqdi rwol ta’ koordinazzjoni ewlieni u toħroġ rakkomandazzjonijiet għal azzjoni komuni f’ħafna oqsma, inklużi s-saħħa pubblika, it-trasport, il-kontrolli tal-fruntieri, is-suq intern u l-kummerċ. Kriżi bla preċedent għalhekk teħtieġ miżuri bla preċedent. Il-Kummissjoni llaxkat ukoll ir-regoli dwar lGħajnuna mill-Istat sabiex l-Istati Membri jkunu jistgħu jimmaniġġjaw il-finanzi tagħhom b’tali mod li jilqgħu għall-emerġenza li se jkollha impatt fuq l-impjiegi u l-ekonomija inġenerali għaż-żmien li ġej.

Minbarra din il-flessibbiltà ġdida, il-Kummissjoni pproponiet ukoll Inizjattiva ta’ Investiment għal Rispons għall-Coronavirus li tipprovdi EUR 37 biljun ta’ investiment taħt il-politika ta’ koeżjoni biex jiġu indirizzati l-konsegwenzi tal-kriżi. Bl-emenda proposta għall-Fond ta’ Solidarjetà tal-UE, dak ilFond jista’ jintuża wkoll għal sitwazzjonijiet ta’ emerġenza tas-saħħa pubblika bħat-tifqigħa COVID19.

Kulħadd issa xammar idejh għax-xogħol. Il-laqgħa tal-Kunsill Ewropew ta’ din il-ġimgħa stabbilixxiet ukoll il-prijoritajiet ewlenin tagħha għall-perjodu, li jinkludu l-limitazzjoni tat-tixrid tal-virus, ilprovvista ta’ tagħmir mediku u l-promozzjoni tar-riċerka (inkluż it-tiftix għal vaċċin) u l-indirizzar talkonsegwenzi soċjo-ekonomiċi inevitabbli ta’ din il-pandemija.

Għandna biex niġġieldu kontriha din il-kriżi. Suq intern li jiffunzjona b’mod sħiħ, riżerva vasta ta’ għarfien xjentifiku u ta’ għarfien espert, u fuq kollox, is-solidarjetà bejn l-Istati Membri, u l-kuraġġ li nħabbtu wiċċna ma’ din it-theddida flimkien sa ma narawha tintemm. Dan huwa verament żmien lgħaqda, minkejja l-ewwel intoppi mal-bidu tal-emerġenza.

Għal darb’ oħra se nikkwota lill-President von der Leyen li ġabret fil-qosor l-ispirtu ta’ din l-azzjoni miftiehma fl-għeluq tad-diskors li għamel il-Ħamis li għadda quddiem il-Plenarja tal-Parlament: L-istorja issa qed tħares lejna. Ejjew nagħmlu l-aħjar ħaġa għalenija — b’qalb waħda kbira, aktar milli b’27 żgħar.

Tagħrif miġbur minn:

IrRappreżentanza tal-Kummissjoni Ewropea f’Malta

Aħbarijiet Oħra
Stejjer Umani

Malti li jgħix l-Istati Uniti fl-aħħar sigħat esperjenza mill-qrib il-vjolenza u l-protesti li qed isiru f’diversi ibliet Amerikani wara l-qtil tal-Afro Amerikan George Floyd. Joseph Vassallo li ilu jgħix f’Santa…

COVID-19

Konsulent ewlieni tal-ġenetika jemmen li fi żmien ġimagħtejn oħra l-coronavirus jekk nibqgħu attenti jaf jisparixxi minn Malta. Il-Professur Christian Scerri qal li issa li se jitneħħew aktar miżuri restrittivi, importanti…

Pulizija

Iż-żgħażagħ Andre’ Mifsud u Kelsey Bugeja huma fost is-sitta u erbgħin rekluta li bdew taħriġ intensiv fl-akkademja tal-forzi dixxiplinati biex iservu bħala kuntistabbli. Oħrajn se jingħataw iċ-ċans japplikaw f’sejħa li…

COVID-19

Lura għan-normalità, iżda fadal xi ftit miżuri li se jibqgħu fis-seħħ fosthom il-limitazzjonijiet fl-operat tad-diskoteki li huma l-kalamita speċjalment għal ġenerazzjoni żagħżugħa. Organizzaturi ta’ festini mfittxija minn eluf f’Malta qalu…

Aktar