Lokali
Magħrufa n-numri tat-televoting tal-finali tal-MJESC

12-il finalist, rebbieħ wieħed. Il-finali tal-Malta Junior Eurovision Song Contest 2021 tinsab magħna. Wara ġimgħat sħaħ ta’ ħidma sfieqa, 12-il kantant/a jinsabu lesti biex illejla jagħmlu l-aħħar sforz bit-tama li joħorġu rebbieħa.

Illejla, il-kantanti jridu jgħaddu mill-għarbiel tal-voti tal-ġurija kif ukoll mit-televoting. Nofs il-voti huma f’idejn il-ġurija, filwaqt li 50% tal-voti se jkunu f’idejn il-pubbliku.

Il-pubbliku jista’ jibgħat sa massimu ta’ tliet sms minn kull numru tal-mowbajl, u jista’ jivvota tliet darbiet għall-istess kanzunetta kif ukoll għal aktar minn silta waħda. It-televoting se jiftaħ malli jitkantaw il-kanzunetti kollha u mistenni jtul 20 minuta.

In-numri tat-televoting għal-lejla huma dawn:

5061 6001 għal Emma Briffa – My Angel’s Calling

5061 6002 għal Kylie Micallef – Keep Your Drama

5061 6003 għal Maria Curmi – Wild and Free

5061 6004 għal Yulan Law – Change

5061 6005 għal Eksenia Sammut – Building

5061 6006 għal Amelia Kalabic – Dear World

5061 6007 għal Rih & Bri – Drops like fire

5061 6008 għal Ella Raina – Limitless

5061 6009 għal Ike & Kaya – My Home

5061 6010 għal Yulan Law – On My Way

5061 6011 għal Marija Djinovic – Magic

5061 6012 għal Myca, Kylie & Denzel Jo – Running Free

12-il kantant/a llejla se juru xi jsarrfu, bit-tama li bil-ħiliet mużikali tagħhom jirnexxielhom jirrappreżentaw lil Malta fid-19-il edizzjoni tal-Junior Eurovision Song Contest li se jsir fid-19 ta’ Diċembru li ġej f’Pariġi.

Il-finali tal-Malta Junior Eurovision Song Contest se tiġi ppreżentata minn Elaine Saliba Bonnici u se tittella’ mis-sala Robert Sammut fil-Furjana. Is-serata se tixxandar b’mod dirett illejla fid-9pm fuq TVM u fuq tvm.com.mt.