Lokali
Magħrufa t-12-il finalist tal-MJESC

Tħabbru t-12-il finalist tal-Malta Junior Eurovision Song Contest ta’ din is-sena. Ir-rebbieħ/a ta’ dan il-festival se jkun qed jirrappreżenta lill-gżejjer Maltin nhar id-19 ta’ Diċembru li ġej f’Pariġi.

It-12-il finalist li se jkunu qed jieħdu sehem fil-MJESC huma:

Minħabba żieda sostanzjali fl-għadd ta’ applikazzjonijiet, din is-sena kien hemm bżonn li aktar ġurati jgħarblu l-kanzunetti sottomessi u għaldaqstant il-proċess inqasam fi tnejn. Matul l-ewwel fażi ta’ dan il-proċess, għadd ta’ ġurati esperti semgħu l-kanzunetti kollha u għażlu l-ewwel 20 finalist/a. Fit-tieni fażi, il-proċess issokta bl-involviment ta’ għadd ta’ ġurati internazzjonali, bil-għan li n-numru tal-finalisti jinżel għal 12.

Il-Malta Junior Eurovision Song Contest se jittella’ fis-16 ta’ Ottubru li ġej, u se jixxandar b’mod dirett fuq TVM u fuq tvm.com.mt.