
Fl-aħħar ħin għadha kif ġiet fi tmiemha t-tieni semifinali ta’ ‘Malta’s Got Talent’. Bil-vot magħluq, ġew magħrufa tliet finalisti oħra tal-programm ferm għal qalb bosta.
Concept of Movement u Jomike and Lydon għaddew mill-għarbiel tal-voti tal-pubbliku minnufih. Imbagħad, il-ġurija kellha tagħżel it-tielet finalist bejn Emma Cutajar u Ria Gauci iżda ġiet bejn ħalltejn. B’hekk, il-vot tal-pubbliku kien determinanti u ma’ Concept of Movement u Jomike and Lydon għaddiet Ria Gauci.
It-tielet semifinali ta’ ‘Malta’s Got Talent’ tixxandar b’mod dirett bħal-lum ġimgħa fid-8.50pm fuq TVM.
Intant, tista’ tara l-prestazzjonijiet kollha tal-lejla hawnhekk:
Ara: Grupp żeffiena b’qalb waħda – prestazzjoni li tqajjimlek ġismek xewk xewk
Ara: Jixxabbtu u jsuqu gass mal-pjanċa b’koordinazzjoni liema bħalha
Ara: Ibiddel l-MFCC f’teatru – Jan Camilleri b’silta minn ‘The Phantom of the Opera’
Ara: Vuċi profonda u pronunzja tal-Ingliż perfetta minkejja l-għeruq Taljani tiegħu
Ara: Akrobata u żeffiena prima minkejja li għadha ħalib ommha fi snienha
Ara: Eleganti u vuċi li tmisslek qalbek – Emma Cutajar issaħħar ‘il-ġurija b’silta oriġinali
Ara: Tagħti l-ħajja lill-palk fuq in-noti ta’ Christina Aguilera
Ara: Spirtu żagħżugħ u tbissima li tisraqlek qalbek – Mario Morales ikanta ‘What a Wonderful World’
Ara: Maġija u divertiment – spettaklu miż-żagħżugħ Morgan Mage
Ara: Il-missier u l-iben li jżommu l-għana Maltija ħajja – illejla makkjetta fuq il-Covid-19