Maġistrat jordna li pulizija jitressaq b’arrest wara “li ma setax jinstab”

Żewġ assistenti kummissarji tal-pulizija ntlabu mill-Qorti jitilgħu jixhdu biex jispjegaw x’kien ir-raġuni li għaliha uffiċjal tal-pulizija kien akkużat biss li kiser il-paċi pubbliku meta suppost kellu jiġi akkużat ukoll li ta fastidju u hedded lill-eks-sieħba tiegħu li hija wkoll pulizija.

Il-Maġistrat Carol Peralta ordna dan wara li sema’ lill-Avukat Arthur Azzopardi jallega li uffiċjali għoljin fil-Korp kienu qed jgħattu lill-uffiċjal tal-pulizija, li jagħmel parti mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Drogi.

Dr Azzopardi qal lill-Qorti li f’Ottubru li għadda, l-uffiċjal tal-Pulizija Okliver Borg mar quddiem id-dar tal-eks-sieħba tiegħu fil-Mosta jħabbat mal-bieb, jidgħid u jheddidha.  Inċident simili seħħ fid-Depot tal-Pulizija bil-vittma  tagħmel ilment uffiċjali.Huwa qal li wieħed kien irrapportat fl-Għassa tal-Mosta u l-iħeor fid-Depot tal-Pulizija.  Huwa qal li kien assigurat li l-Pulizija kienu qegħdin jinvestigaw, iżda meta stħarreġ x’sar irriżulta li ma kien sar ebda rapport mat-Taqsima Interna tal-Affarijiet tal-Pulizija. Fil-fatt kien dan l-aħħar li l-allegata vittma sar kuntatt magħha minn din it-taqsima biex tissottometti l-evidenza li kellha għax ma kellhom ebda file.

L-Avukat qal li ma kienx spjegabbli wkoll il-fatt li kien assigurat mill-Assistent Kummissarju tal-Pulizija li PC Oliver Borg kien notifikat, iżda meta wasal il-jum li fih kellu jitla’ għas-seduta fil-qorti, fil-qorti ngħad li ma rnexxielhomx jinnotifikawh.

“Kif jista’ jkun li seħħ dan,” staqsa l-Avukat Azzopardi “meta kulma kellhom jagħmlu hu li jaqsmu l-bitħa tal-pulizija biex isibuh”. Apparti dan żied jgħid li meta ħarġu l-akkużi, huwa kien akkużat biss li kiser il-paċi pubbliku bla ma kien akkużat li hedded u ffastidja lill-pulizija mara.

Huwa allega wkoll li l-pulizija pprovaw jiftħu proċeduri separati, bil-konsegwenza li kien jagħmilha aktar diffiċli li tipprova l-allegazzjoni ta’ fastidju peress li jeħtieġu aktar minn każ wieħed biex ireġu fil-qorti.

L-Avukat sostna wkoll li l-uffiċjal tal-pulizija ma kienx akkużat lanqas li kellu d-dmir li bħala uffiċjal ma jwettaqx dan ir-reat.

Fi tmiem is-seduta, il-Maġistrat Peralta ordna li fis-seduta li jmiss tad-29 ta’ April, PC Borg jittressaq b’arrest.

Aħbarijiet Oħra
Edukazzjoni

Fix-xhur tas-sajf, meta ħafna mill-iskejjel ikunu baħħ, il-Ministeru tal-Edukazzjoni ħa l-okkażjoni jwettaq xogħlijiet ta’ manutenzjoni u tisbiħ u faċilitajiet ġodda fi kważi 100 skola tal-Gvern madwar Malta u Għawdex. Ħafna…

Kultura

Għaddej ir-restawr tal-eqdem binja fil-Mellieħa . . . kumpless ta’ tmintax-il kamra li kienu nbnew biex joffru spazju għal ftit ħin ta’ mistrieħ lill-pellegrini li jżuru s-santwarju tal-Madonna tal-Mellieħa. Il-qagħda…

Kostruzzjoni

L-Assoċjazzjoni tal-Iżviluppaturi (MDA) tikkundanna r-rimi illegali ta’ skart tal-kostruzzjoni f’postijiet pubbliċi. Dan l-assoċjazzjoni qalitu fi stqarrija wara t-tħassib li wera l-pubbliku fuq il-media soċjali, f’dak li għandu x’jaqsam mar-rimi ta’…

Lokali

Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li l-Gvern ma jistax jindaħal biex iwaqqaf kawżi ċivili li jkunu nfetħu minn ċittadini privati jew minn terzi kontra ġurnalisti li jkunu ġew nieqsa u…

Aktar