Qorti
Maħtura l-ewwel Avukat tal-Istat

Dr Victoria Buttigieg inħatret bħala l-ewwel Avukat tal-Isat wara li ġiet rakkomandata b’mod unanimu minn Kummissjoni ta’ Ħatra fi tmiem sejħa pubblika.

Dan rwol Kostituzzjonali ġdid riżultat tal-liġi li ġiet approvata f’Lulju li għadda li tipprovdi tipprovdi għal separazzjoni sħiħa bejn il-funzjonijiet doppji li għandu llum l-Avukat Ġenerali.

Waqt li l-Avukat Ġenerali bis-saħħa ta’ din ir-riforma se jibqa’ jżomm ir-responsabbilitajiet ta’ prosekuzzjoni u materji kriminali li tipprovdi għalihom il-Kostituzzjoni u liġijiet oħrajn fil-kamp kriminali, l-Avukat tal-Istat se jibda jkun responsabbli għall-funzjonijiet kollha ta’ pariri lill-gvern u rappreżentanza legali fl-oqsma tal-liġi kostituzzjonali, ċivili u amministrattiva li sal-lum huma eżerċitati mill-Avukat Ġenerali.

Il-Kummissjoni ta’ Venezja, fl-opinjoni tagħha dwar Malta ta’ Diċembru li għadda kienet ipproponiet is-separazzjoni tal-funzjonijiet duppliċi tal-Avukat Ġenerali.

Il-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali Owen Bonnici saħaq li din il-ħatra se tkun pass ieħor importanti fl-istorja legali ta’ pajjiżna u l-Gvern qiegħed juri biċ-ċar l-impenn sħiħ tiegħu favur it-tisħiħ tas-saltna tad-dritt u s-separazzjoni tal-poteri.

Aħbarijiet Oħra
Saħħa

Saċerdot li kien jgħallem l-Università jħoss li l-ġerħa tas-solitudni, hi fonda tant, li qed tinħass ukoll fost iż-żgħażagħ. F’kummenti lil Television Malta, Dun René Camilleri stqarr li f’ċerti każijiet, din…

Lokali

L-istudenti tal-primarja u l-ġenituri tagħhom għandhom ċans isiru jafu iktar dwar l-opportunitajiet ta’ xogħol li joffru l-industriji tax-xjenza u t-teknoloġija permezz ta’ expo li qed tiġi organizzata fl-Esplora fil-Kalkara. Fiċ-Ċentru…

Politika

F’konferenza stampa, il-Prim Ministru ħabbar metodu trasparenti u bi prinċipju bażiku fil-kuntest ta’ dak li pproponiet il-Kummissjoni ta’ Venezja dwar il-ħatra ta’ Kummissarju tal-Pulizija. Il-Prim Ministru Robert Abela qal li…

Lokali

Il-Kummissjoni Permanenti kontra l-Korruzzjoni ma sabet ebda prova ta’ korruzzjoni fi tliet każijiet li ntalbet tinvestiga u li r-rapporti finali tagħhom ġew ippreżentati fil-mejda tal-Kamra tad-Deputati. L-ewwel każ kien dwar…

Aktar