Saħħa
Maħżen ġdid bi provvisti mhux mediċinali biswit id-dar tal-anzjani fl-Imtarfa

Il-proċess ta’ tqassim ta’ provvisti li m’humiex mediċinali lejn id-djar tal-anzjani se jkun ssimplifikat bl-inawgurazzjoni ta’ maħżen ġdid biswit id-dar tal-anzjani fl-Imtarfa.

Il-maħżen li kien fi stat ta’ abbandun u kien irrinnovat riċentament se jkun qed iservi bħala l-post fejn jinżammu iżjed minn mija u ħamsin oġġett li jintużaw għall-provvisti fit-23 dar tal-anzjani f’Malta u Għawdex.

Is-Segretarju Parlamentari għall-Anzjanità Attiva, Anthony Aguis Decelis qal li l-proċess ta’ tqassim tal-provvisti fid-djar se jkun iżjed effettiv għax permezz ta’ din il-bidla, se jkun qed jassigura li ma jkunx hemm ħela fil-provvisti.

Qal li minn 23 dar tal-anzjani, tmienja jitmexxew mill-Gvern filwaqt li ħmistax-il dar jitmexxew permezz ta’ public-private partnerships. Qal li dawn id-djar iservu bħala r-residenzi ewlenin għall-2,500 anzjan u anzjana.

 

 

Aħbarijiet Oħra
Elezzjoni

Il-Prim Ministru u Mexxej Laburista Joseph Muscat qal li l-iskema biex jingħataw ħlasijiet lill-eluf ta’ ħaddiema approvata mill-Kabinett saret biex issir ġustizzja ma’ iktar ħaddiema f’diversi oqsma fosthom ex ħaddiema…

Elezzjoni

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia qal li, għal dan il-Gvern, Għawdex mhuwiex prijorità. Waqt attività politika fin-Nadur Ghawdex illejla, Dr Delia sostna li hemm kuntrast qawwi mal-investiment li kien għamel…

Għawdex

Erba’ rġiel ingħataw il-ħelsien mill-arrest wara li tressqu l-Qorti wara li kellhom argument bejniethom. L-erba’ rġiel,wieħed minn l-Għarb Għawdex u l-oħrajn minn Għajnsielem Għawdex, li l-età tagħhom tvarja bejn 27…

Aktar