Lokali
Maħżen jinbidel f’rokna tal-qari għat-tfal tal-Qrendi

Waqt li l-midja soċjali u bosta elementi oħra ta’ kuljum jistgħu qed jagħmlu l-qari inqas attreanti minn qatt qabel, l-Iskola Primarja tal-Qrendi qed tistinka biex l-istudenti tagħha, mhux biss iħobbu l-qari, iżda timliehom ukoll bl-ambizzjoni biex jesploraw it-talenti tagħhom fil-kitba kreattiva.

“Jien meta nikber nixtieq li jew nikteb il-kotba jew xi perit. L-aktar sejra għall-perit imma għadni nofs u nofs li nikteb il-kotba,” qalet Krystle Borg. ” Il-ħolma tiegħi hija li nsir kittieb kreattiv u famuż u nagħmel kotba li jinteressaw lin-nies,” spjega Jordan Farrugia. “Nixtieq insir kittieb famuż u jaffaxinani l-qari,” qal Mark Spiteri.

Il-ħolma ta’ dawn l-istudenti, li jattendu l-Iskola Primarja tal-Qrendi, ingħatat spinta b’idea oriġinali li ħarġet biha waħda mill-edukaturi. “L-idea li jkun hemm reading corner fl-iskola tagħna ġietni minħabba li kien hemm spazju li kien jintuża bħala maħżen u li ma kellniex bżonnu, allura ġiet din l-idea li nużaw dan l-ispazju għal għan tar-reading corner,” fissret l-edukatriċi Marisa Abela.

Din ir-rokna għall-qari, li żżanżnet mill-istudenti u l-ġenituri tagħhom, qed tkompli trawwem fl-istudenti mħabba lejn il-qari.

Ara fil-filmat x’kellhom xi jgħidu l-istudenti u l-ġenituri dwar il-qari:

Aħbarijiet Oħra
Lokali

8,601 persuna ffirmaw il-petizzjoni favur il-protezzjoni tal-embrijun li tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Parlament. Fi stqarrija, l-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati Anġlu Farrugia qal li nqalgħu xi problemi fil-petizzjoni wara li Google aġġornat…

Lokali

Skont l-aħħar figuri, fl-ewwel sena tal-operat tagħha l-iskema  ġdida ta’ BATREE rnexxielha tirdoppja n-numru  ta’ batteriji użati miġbura fuq is-snin ta’ qabel. BATREE , l-iskema ġdida  mħaddma mil-Kooperativa GreenPak  flimkien…

Lokali

13:25: L-Aġenti tal-FBI, fl-aħħarnett qalu li mill-investigazzonijiet illi għamlu jemmnu li n-numru 99683752 kien imqabbad  mal-bomba u ntuża bħala detonator. Qalu li jemmnu li n-99684366 bagħat l-SMS biex l-bomba tisplodi. Nemmnu…

Aktar