NGOs
Mal-10,000 siegħa ta’ volontarjat mis-St John Rescue Corps

Is-sena li għaddiet il-membri tas-St John Rescue Corps laħqu 10,000 siegħa ta’ volontarjat li seħħew flimkien mal-uffiċjali tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili.

Waqt żjara fil-kwartieri tal-għaqda fil-Forti Madliena mill-Prim Ministru Robert Abela u s-Segretarju Parlamentati għaż-Żgħażagħ, l-Isport u l-Volontarjat Clifton Grima, kien spjegat lilhom li hija prassi komuni li volontiera tas-St John Rescue Corps, joħorġu fuq operazzjonijiet ta’ salvataġġ mal-ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili u jassistu f’dak li jkun hemm bżonn.

Bejn Marzu u Mejju ta’ din is-sena l-membri kienu involuti f’826 siegħa ta’ servizz fil-komunità, 36 siegħa fl-assistenza tat-tifi tan-nar u 459 siegħa fi dmirijiet oħra. Dan l-aħħar inxtrat ukoll vettura partikolari li tista’ tasal f’postijiet ristretti li normalment vetturi ta’ għamla akbar ikun impossibbli li jaslu fihom.

Il-membri kollha u t-tmexxija ta’ din l-organizzazzjoni huma volontiera li ta’ spiss jintalbu jassistu f’operazzjonijiet varji u mhux l-ewwel darba li jkunu meħtieġa jagħtu daqqa t’id lill-awtoritajiet f’avvenimenti tal-massa.

L-operat tal-għaqda jiddependi kompletament fuq donazzjonijiet u għajnuna finanzjarja li joffri l-Gvern bħal dik li joffri l-Kunsill Malti għas-Settur tal-Volontarjat.

Il-Prim Ministru rringrazzja personalment lill-membri kollha talli komplew isaħħu l-volontarjat f’pajjiżna u saħaq li l-bieb tal-Gvern huwa dejjem miftuħ għas-St John Rescue Corps u għaqdiet oħra simili li jwettqu xogħol ta’ volontarjat b’tant dedikazzjoni u mħabba.

Aħbarijiet Oħra
Infrastruttura

Infrastructure Malta għażlet żewġ artisti u żewġ ditti tal-arkitettura minn Malta, Ċipru u r-Rumanija sabiex jipproduċu erba’ xogħlijiet artistiċi kbar għaż-żoni bis-siġar u passaġġi madwar il-flyovers tal-Marsa Junction Project wara…

Kultura

Il-parruċċani tas-Siġġiewi 320 sena ilu kkummissjonaw żewġ biċċiet tal-arti, kurċifiss u kwadru li flimkien jirrappreżentaw ix-xena tal-golgota fi tliet dimensjonijiet. Din l-opra tal-arti kienet saret f’Ruma. F’dan iż-żmien kemm il-kurċifiss…

Stejjer Umani

Fr Martin Micallef, id-Direttur tad-Dar tal-Providenza fis-Siġġiewi illum qed jiċċelebra l-24 anniversarju tal-ordinazzjoni saċerdotali tiegħu. Fuq il-paġna tiegħu fuq facebook, Fr Martin filwaqt li radd ħajt lil Alla għal dak kollu…

Aktar