COVID-19
Mal-10,000 swab test fid-djar tal-anzjani minn Ġunju

Minn Ġunju tal-2020, l-Awtorità ta’ Standards ta’ Ħarsien Soċjali bdiet taħdem mal-Awtoritajiet tas-Saħħa biex jibda jsir l-eżerċizzju tal-ongoing swabbing fid-djar tal-anzjani.

Fuq il-paġna tagħha fuq Facebook, l-Awtorità qalet li sal-lum, permezz ta’ dan l-eżerċizzju saru mal-10,000 swab kemm fost ir-residenti u anke lill-istaff li jaħdmu fid-djar residenzjali.
Żiedet li meta jiġi identifikat każ pożittiv, mill-ewwel tiskatta l-proċedura tal-contact tracing u jsir l-iswabbing skont il-protokol tal-Awtoritajiet tas-Saħħa Pubblika.
Qalet li hekk kif ġara f’każi oħra, ir-residenti u l-istaff fid-dar residenzjali tal-Fgura ġew swabbed kollha.

L-Awtorità ta’ Standards ta’ Ħarsien Soċjali saħqet li tinsab kommessa li tkompli tissalvagwardja s-saħħa u s-sigurtà tar-residenti kollha fid-djar tal-anzjani u se tkompli dejjem iżżid in-numru ta’ swabs li jsiru kuljum, bl-assistenza tal-Ministeru tas-Saħħa u l-Awtoritajiet tas-Saħħa.

Ara wkoll:

47 każ pożittiv fi 3 djar tal-anzjani – 38 minnhom residenti