Barranin
Mal-150 persuna maħsuba li tilfu ħajjithom kawża tal-maltemp fi Gwatemala

Mal-150 persuna huma maħsuba li tilfu ħajjithom kawża tal-matempata fl-aħħar sigħat fi Gwatemala. Il-Maltempata Eta letteralment diefnet għadd ta’djar taħt it-tajn. Sa issa huwa kkonfermat li 50 persuna tilfu ħajjithom b’kaġun tal-valangi fi Gwatemala. B’mija oħra hemm il-biża’ li tilfu ħajjithom.

Il-President tal-Gwatemala qal li f’inqas minn 12-il siegħa niżlet xita ekwivalenti ta’ xahar xita. It-temp qed ixekkel ħafna l-ħidma ta’ salvataġġ fit-toroq minħabba li hemm żoni kbar mgħarrqa. Bil-President jgħid li l-ħidma ta’ salvataġġ hija limitata minħabba li l-pajjiż għandu ħelikopter wieħed biss adegwat għal dawn l-operazzjonijiet.