
Barranin
Mal-1,600 immigrant daħlu fil-Gżejjer Kanarji matul tmiem il-ġimgħa
Iktar minn 1,600 immigrant mill-Afrika ġew salvati jew waslu sal-Gżejjer Kanarji fi Spanja fl-aħħar jumejn. Mal-1,000 immigrant abbord 20 dgħajsa waslu s-Sibt biss.
L-aħħar xhur raw żieda fl-ammont ta’ immigranti irregolari mill-Punent tal-Afrika li ppruvaw jaqsmu lejn il-Gżejjer Kanarji, li jinsabu mal-100 kilometru ‘l bogħod mill-Afrika ta’ Fuq.
Skont il-gvern Spanjol, din is-sena waslu iktar minn 11,000 immigrant fil-Gżejjer Kanarji, li huwa ‘l fuq minn erba’ darbiet iktar meta mqabbel mal-2,557 li waslu s-sena li għaddiet.
Filmat: Immigranti jiddaħħlu fil-Gżejjer Kanarji fit-2 ta’ Novembru