Barranin
AĠĠORNAT: 8 itfal fost grupp li għereq ’il barra minn Lampedusa

Dgħajsa li kienet qed iġġorr mal-50 immigrant inqalbet dal-lejl waqt li kienet madwar sitt mili ’l barra minn Lampedusa, meta membri tal-Guardia Costiera kienu waslu fuq il-post.

Qed ikun irrappurtat li meta waslet l-għajnuna, l-immigranti ċċaqilqu kollha għal fuq naħa waħda tad-dgħajsa. Il-baħar kien imqalleb, u d-dgħajsa nqalbet bihom.

Il-membri tas-salvataġġ irnexxielhom isalvaw 22 persuna, iżda l-kumplament għadhom mitlufa. Fosthom hemm tmint itfal. Ftit wara ttellgħu żewġ katavri, u mal-ħin ittellgħu sebgħa oħra. L-ammont ta’ vittmi huwa maħsub li jkompli tielgħa.

Fir-ritratt ippubblikat mill-Ansa (fuq) jidhru wħud mill-persuni salvati qed jittellgħu l-art.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Raġel fit-Tramuntana tal-Indja spiċċa bla kliem meta mar jidfen lil bintu u sab tarbija midfuna ħajja. Ir-raġel kien qed iħaffer il-qabar ta’ bintu li twieldet mejta meta sema’ għajta ta’…

Barranin

Ir-Russja qalet li mhix se tippermetti kunflitti bejn il-forzi Torok u Sirjani. Dan hekk kif issuktat l-offensiva mill-armata Torka fit-tramuntana tas-Sirja. Osservaturi qalu li l-irtirar tat-truppi tal-istati Uniti mir-reġjun, li…

Barranin

5 nisa Franċiżi weħlu bejn 5 snin u 30 sena ħabs wara li nstabu ħatja li ppruvaw iqabbdu ”bomba” f’karozza ħdejn il-Katedral ta’ Notre Dame, f’Pariġi. Il-każ imur lura għall-2016…

Barranin

Minn tal-inqas 14-il pulizija nqatlu u tlieta oħra ndarbu f’attakk għall-għarrieda fil-punent ta’ Messiku. Il-pulizija kienu qed iġorru ordni tal-Qorti f’El Aguaje, meta l-konvoj safa’ attakkat. Rapporti qed jgħidu li…

Aktar