Barranin
Mal-5,000 immigrant jidħlu f’territorju Spanjol f’jum wieħed

Minn tal-anqas 5,000 immigrant daħlu fi Spanja permezz ta’ Ceuta lbieraħ. Bħal Melilla, Ceuta huwa territorju Spanjol fit-tarf tal-Marokk.

L-immigranti għamu madwar il-fruntiera, jew imxew u qabżu l-fruntiera meta l-baħar kien fieragħ.

Intqal li l-maġġoranza tal-immigranti huma rġiel mill-Marokk, iżda fosthom hemm mijiet ta’ żgħażagħ taħt l-età u anki familji bit-tfal.

L-ammont ta’ immigranti li daħlu f’jum wieħed f’Ceuta huwa bla preċedent, b’uffiċjali jwissu li dan jista’ jkompli jiżdied.

Il-Ministru Spanjol għall-Affarijiet Barranin, Arancha González Laya, qal li uħud mill-immigranti diġà qed jiġu mibgħuta lura fil-Marokk.