Barranin
Mal-miljun evakwati minn djarhom kawża ta’ ċiklun fil-Bangladesh

Iċ-ċiklun Mora laqat il-Bangladesh, b’irwiefen u xita qalila jaħkmu l-kosta fix-Xlokk tal-pajjiż. Il-maltempata li bdiet it-Tlieta filgħodu waslet lill-awtoritajiet biex jevakwaw aktar minn miljun persuna li ttieħdu għall-kenn.

Partijiet mill-Indja u l-Myanmar mistennija jkunu affetwati fis-sigħat li ġejjin.

Iċ-ċiklun isegwi x-xita qliel li niżlet fuq is-Sri Lanka li kkawżat biex kien hemm valangi u postijiet spiċċaw mgħarrqa. Din il-maltempata ħalliet mill-anqas 180 persuna mejta.