Mużika
Malcolm Pisani b’kanzunetta ġdida ddedikata lill-Fondazzjoni Rise

Malcolm Pisani nieda s-single ġdida bl-isem ‘RISE’, kanzunetta li hi ddedikata lill-Fondazzjoni Rise. B’din il-kanzunetta, Malcolm jixtieq iwassal messaġġ li jekk fil-ħajja tħossok imkisser u bla tama, m’għandekx taqta’ qalbek. Huwa jħeġġeġ lil dak li jkun biex iqum fuq saqajh u ma jerġax jirrepeti l-istess żball tal-passat. Jisħaq li wieħed għandu jkun pożittiv għax żball ma jitpattix biż ball ieħor.

Rise għandha produzzjoni Taljana u kliem ta Matt Black. Il-vidjow mużikali nħadem minn Clive Pace Films taħt id-direzzjoni ta’ Emanuel u Rita Pace.

Malcolm Pisani ilu fix-xena mużikali 12-il sena u kiseb diversi suċċessi.

'RISE' (official music video) is now launched!Sponsored by: Multimaxx, Yoshi Sushi, James Delicatessen, Dolceria Barigozzi, Tramici & Browns Valletta Waterfront'STAND UP & RISE!'

Gepostet von Malcolm Pisani am Freitag, 24. Mai 2019

Aħbarijiet Oħra
Partit Nazzjonalista

Il-laqgħa tal-Grupp Parlamentari t-tieni waħda fi ftit jiem, qed tiżvolġi wara laqgħa mqanqla tal-Kumitat Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista li ntemmet tard ilbieraħ billejl. Pierre Portelli stqarr li dak li ġara fil-laqgħa…

Partit Nazzjonalista

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia kien l-uniku wieħed barra Pierre Portelli li tkellem fi tmiem il-laqgħa tal-Eżekuttiv tal-Partit u stqarr li ser jagħmel proposti lill-Grupp Parlamentari għat-triq ‘il quddiem. Huwa…

Qorti

Taljan ta’ 44 sena li joqgħod San Pawl il-Baħar ġie mixli b’serq aggravat bi vjolenza fuq anzjan ta’ 77 sena. Il-każ seħħ fl-aħħar tax-xahar l-ieħor minn stabbiliment fi Triq il-Ħġejjeġ,…

Lokali

Il-President George Vella qal li għandu riservi serji dwar il-legalizzazzjoni tal-marijuana rikreattiva. F’konferenza tal-Fondazzjoni Oasi, il-President stqarr li l-kannabis tista’ tkun ta’ benefiċċju għal skop mediku, iżda appella għal kawtela…

Aktar