Malmstrom issejjaħ għal solidarjeta fil-kwistjoni tal-immigrazzjoni

Il-Kummissarju responsabbli mill-affarijiet interni Ewropej, Cecilia Malmstrom, għamlet sejħa lill-istati membri biex juru solidarjetà fil-kwistjoni tal-immigranti llegali billi jieħdu f’pajjihom dawk li jistħoqqilhom ikunu protetti.

F’messaġġ esklussiv li xxandar fil-programm ta’ TVM, TimesTalk, produzzjoni tat-Times of Malta, Malstrom  irreferiet għall-pjani ġodda biex ikun hemm aktar sorveljanza u ħidma ta’ salvataġġ mill-Frontex u qalet li tittama li Malta tieħu sehem.

Hija qalet li t-traġedji tal-immigranti li ġraw f’dawn il-ġimgħat huma sfida li għall-Ewropa.

Waqt il-laqgħa ta’ kapijiet tal-gvern li se ssir fil-ġimgħat li ġejjin, Malstrom tippretendi li juru solidarjetà u appoġġ.

Dwar il-pjani tal-Frontex  li tespandi l-ħidma, il-Prim Ministru Joseph Muscat qal nhar it-Tnejn fil-Parlament li huwa tkellem mal-President van Rompuy u qallu li jekk il-ħidma tal-Frontex titjieb din tkun pass ’il quddiem kemm-il darba jkun magħruf fejn ikunu se jittieħdu l-immigranti.

Fl-istess programm, is-Segretarju Parlamentari Owen Bonnici qal li waħda mill-proposti li qed tagħmel Malta  hija li darba ssir applikazzjoni mill-immigranti għall-ażil jew protezzjoni, din tiġi proċessata minn entità ċentrali ewropea u mhux mill-pajjiż li jispiċċaw fih bħal ma qed isir bħalissa.

Il-Membru Parllamentari Ewropea Roberta Metsola issuġġeriet li l-immigranti jkunu jistgħu japplikaw għall-ażil barra l-UE biex hekk ma jkollhomx il-ħtieġa li jissugraw ħajjithom fi vjaġġ perikoluż fuq il-baħar.

Sadanittant, skont l-aġenzija tal-aħbarijiet Taljana Ansa, kemm Malta kif ukoll l-Italja, Ċipru, Franza, il-Greċja u Spanja qalu li l-pjan tal-Frontex mhuc aċċettabblu għal raġunijiet prattiċi u legali.

Aħbarijiet Oħra
Saħħa

Fil-Parlament id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Feare qal li matul dan l-istaġun, l-influenza se tkun qed taffettwa persuna minn kull erbgħa. Dr Fearne spjega li l-Influenza B laqtet…

Eurovision

Martin Österdahl ġie appuntat Executive Supervisor tal-Eurovision Song Contest u l-Junior Eurovision Song Contest, minflok Jon Ola Sand, li kien ilu 10 snin fil-kariga. Österdahl kien Executive Producer tal-Eurovision Song Contest…

Politika

Il-Prim Ministru Robert Abela qal li r-riżenja ta’ Justyne Caruana mill-kabinett hija turija tal-istandard il-ġdid li l-Gvern irid jimxi bih. Dr Abela qal dan f’kummenti li ta lill-ġurnalisti quddiem il-Parlament,…

Kronaka

F’post fuq il-midja soċjali, persuna xerrdet ritratti tal-karozza tagħha, wara li din kienet involuta f’hit-and-run ftit tal-jiem ilu. Fuq Facebook qalet kif fil-11 ta’ Jannar, ħalliet il-karozza pparkjata f’kaxxa bajda…

Aktar