Lokali
Malta aċċettata bħala osservatur fl-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Frankofonija

Malta, l-Irlanda u l-Gambja ġew aċċettati bħala osservaturi fl-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Frankofonija li hi magħmula minn 58 pajjiż-membru u 26 pajjiż-osservatur li minbarra l-lingwa Franċiża għandhom valuri umanistiċi komuni.

L-applikazzjoni ta’ Malta u l-pajjiżi l-oħrajn ġiet aċċettata waqt summit ta’ jumejn li qed jitlaqqa fl-Armenja li minn popolazzjoni ta’ tliet miljun, hemm għaxart elef Armen biss li jitħaddtu bil-Franċiż.

Il-Ministru tal-Affarijiet Barranin, Carmelo Abela qal li Malta qed tisfrutta okkażjonijiet bħal din biex issir membru f’organizzazzjonijiet li jiftħulha opportunitajiet ġodda. Qal ukoll li din is-sħubija bħala Stat osservatur se toffri bosta vantaġġi politiċi, ekonomiċi, u kulturali.

Il-Ministru Abela qal, “Aħna bħala Malta ħassejna li din hi opportunità oħra biex aħna nkopmplu nissieħbu f’organizzazzjonijiet li jtuna opportunitajiet ġodda, hawnhekk per eżempju qed nitkellmu fuq numru ta’ pajjiżi mhux ħażin li huma diġa attivi bħala membri pajjiżi mill-Afrika u din l-organizzazzjoni tkompli ġġibna qrib dawn il-pajjiżi”.

Aħbarijiet Oħra
Toroq

Il-Kummissarju għall-Ambjent u l-Ippjanar fl-uffiċċju tal-Ombudsman ma sabx li kienx hemm amministrazzjoni ħażina mill-awtoritajiet konċernati fl-iżvilupp ta’ Triq Louis Wettinger f’Ta’ Masrija, magħrufa bħala l-bypass tal-Mellieħa. Dan joħroġ mir-rapport tal-investigazzjoni…

Għawdex

Steward Healthcare li għalqet sena fit-tmexxija tat-tliet sptarijiet pubbliċi, qed taħdem mal-kumpanija Philips Healthcare tal-Istati Uniti b’konnessjoni mal-masterplan għat-tliet sptarijiet li ser jitħabbar il-ġimgħa d-dieħla. Il-kap tal-Operazzjonijiet ta’ Stewards f’Malta,…

Parlament

L-Assitent Direttur fl-Awtorità tal-Artijiet Peter Mamo qal illi fil-każ tal-esproprjazzjoni tal-art fil-Fekruna f’San Pawl il-Baħar ma ntużatx il-proċedura li l-Gvern juża f’ċirkostnazi simili iżda sar negozjar mas-sid privat qabel sar…

Qorti

Raġel ta’ 68 sena minn Birżebbuġa, Manweli Zahra nżamm arrestat wara li ġie akkużat b’abbuż sesswali fuq mara vulnerabbli ta’ madwar 30 sena. Fil-Qorti ġie spjegat li l-mara hija persuna…

Aktar