Ekonomija u Finanzi
Malta b’bilanċ ta’ €387 miljun fit-transazzjonijiet finanzjarji internazzjonali

Fl-aħħar tliet xhur tas-sena li għaddiet, Malta skont stimi provisorji kellha bilanċ li skorra €387 miljun fit-transazzjonijiet finanzjarji internazzjonali.

Dan ifisser li Malta kellha introjtu akbar fir-relazzjonijiet kummerċjali internazzjonali li ġew prinċipalment fis-settur tas-servizzi fosthom id-dħul mit-turiżmu, mis-servizzi finanzjarji u mill-kumpaniji tal-gaming.

Ċifri tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika juru li bejn Ottubru u Diċembru li għadda, Malta saħansitra tejbet dal-bilanċ meta mqabbel mal-istess tlett xhur tas-sena l-oħra meta kellha bilanċ favorevoli ta’ kważi €172 miljun.