Ekonomija u Finanzi
Malta b’€604 miljun minn fuq fit-tranżazzjonijiet finanzjarji

Malta spiċċat minn fuq bi kważi €604 miljun fit-tranżazzjonijiet finanzjarji internazzjonali.

Ċifri proviżorji tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika juru li bejn Lulju u Settembru li għadda, Malta kellha surplus bejn il-flus li ħarġu u li daħlu fl-ekonomija.

L-NSO qal li dan is-surplus kien saħansitra aħjar mis-surplus li Malta kellha fl-istess tliet xhur tas-sena l-oħra, meta l-pajjiż kellu bilanċ tal-pagamenti ta’ €457 miljun.

L-Uffiċċju tal-Istatistika spjega li dan il-bilanċ tal-pagamenti rriżulta l-aktar mis-settur tas-servizz, li waħdu kellu bilanċ ta’ aktar minn €130,000 miljun.