COVID-19
Malta b’għotja ta’ €400,000 fil-kampanja dinjija ta’ ġbir ta’ fondi kontra l-Covid-19

Minkejja ċ-ċokon tagħha, Malta tat il-kontribut tagħha b’għotja ta’ €400,000 fil-kampanja dinjija ta’ ġbir ta’ fondi kontra l-Covid-19.

Il-kampanja, immexxija mill-President tal-Kummissjoni Ewropea, Ursula Von der Leyen, taħseb
biex jinġabru €7.4 biljun għall-użu ta’ riċerka, prevenzjoni u kura kontra l-virus.

 

F’messaġġ waqt iċ-ċerimonja virtwali, il-Prim Ministru Robert Abela qal li, qabel ma tinstab it-tilqima kontra l-virus, se jibqa’ jkun hemm konsegwenzi mhux mixtieqa fuq il-ħajja umana u fuq l-ekonomija.

Huwa appella biex ladarba jinstab il-vaċċin, dan jitqassam malajr u b’mod ekwu fost kulħadd. Kemm Von der Leyen u anke d-Direttur Ġenerali tal-WHO, Tedros Adhanom, raddew ħajr għall-kontribuzzjoni Maltija.

Aħbarijiet Oħra
Sport

Ħames għaqdiet sportivi Għawdxin ibbenefikaw mis-somma ta’ €20,750 mill-isports scheme biex iwettqu l-proġetti tagħhom din is-sena. L-għaqdiet li bbenfikaw huma: Għajnsielem Redcoats, li ngħataw is-somma ta’ €5,000 bit-titlu tal-proġett ‘Sizzling…

Lokali

L-Aġenzija Identity Malta dalwaqt se tibda toħroġ karta tal-identità ġdida li se jkollha karatteristiċi ġodda ta’ sigurtà li jħarsu l-identità tal-persuni. Il-karatteristiċi l-ġodda jagħmluha diffiċli li d-dokument jiġi mbagħbas jew…

Infrastruttura

Minn din il-ġimgħa l-ġenituri ta’ tfal bl-awtiżmu jistgħu jieħdu lil uliedhom jilagħbu fil-grawnd tal-binja ‘The Meeting Place’ fil-Marsa. Iċ-Chairperson tal-Fondazzjoni Marigold, Michelle Muscat, qalet li t-tfal bl-awtiżmu se jkollhom post…

Aktar