Riċerka u Innovazzjoni
Malta bi ftehim ma’ università Kanadiża għar-riċerka fil-kannabis mediċinali

Il-Malta Enterprise u ċ-Ċentru dwar ir-Riċerka tal-Kannabis tal-Università McGill iffirmaw ftehim għall-kollaborazzjoni fil-qasam tal-kannabis mediċinali.

Il-Malta Enterprise u l-Università McGill tal-Kanada ffirmaw memorandum of understanding għall-kooperazzjoni fil-qasam tar-riċerka dwar il-mediċina tal-kannabis. Il-ftehim hu riżultat ta’ taħditiet li l-Prim Ministru Joseph Muscat kellu mal-Università Kanadiża waqt iż-żjara tiegħu fil-Kanada f’Settembru li għadda.

Id-direttur taċ-ċentru dwar ir-riċerka tal-kannabis fl-Università McGill, Carolyn Baglole, qalet li għad fadal ħafna riċerka x’issir dwar il-kannabis, fosthom dwar l-użu mediċinali u kwistjonijiet relatati mas-saħħa u s-sigurtà u l-impatt tas-settur tal-mediċina tal-kannabis fuq l-ekonomija. Dr Baglole qalet li r-riċerkaturi miċ-ċentru qed iwettqu studji dwar dawn l-aspetti.

“They are currently conducting clinical trials at McGill and these are ongoing right now, a variety of different medications including for cancer pain,” qalet Dr Baglole.

Il-Professur Donald L Smith qal li mindu dal-aħħar ħafna pajjiżi qed jippermettu l-użu tal-pjanta tal-kannabis għal skop mediku, kiber l-interess f’din ir-riċerka. “We need to have a better understanding of the conditions that effect cannabinoids levels and how they can produce plants that have consistent levels and consistent profiles.”

Mistoqsija għaliex diversi professjonisti huma kawti dwar l-użu tal-kannabis mediċinali, Dr Baglole qalet li l-pjanta għad għandha stigma minħabba l-użu tagħha għal skop rikreattiv.

“Its use and its associated psychoactive effects, have really dampened the enthusiasm for the rest of the potential for cannabis so if we take away the psycho tropic effects which are associated, which is one chemical in the cannabis plant, then it opens up the possibility of a whole range of medicinal applications.”

Il-Ministru tal-Ekonomija u l-Investiment,Chris Cardona, qal li l-ftehim mal-Università McGill se jiffaċilita taħriġ ta’ professjonisti li jaħdmu fis-settur farmaċewtiku, riċerkaturi u tobba biex jaġġornaw ruħhom dwar l-iżviluppi fl-użu tal-mediċina tal-kannabis.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Il-Ministru tal-Intern, Byron Camilleri qal li 10 suldati Maltin li jinsabu stazzjonati l-Libanu jinsabu tajbin. Dan qalu lbieraħ il-Ministru wara l-isplużjoni li seħħet f’Beirut li ħalliet mijiet midruba u għexieren…

Politika

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia qal fi stqarrija li waqt laqgħa tal-Kunsill Amministrattiv tal-Partit Nazzjonalista li saret it-Tlieta filgħaxija, talab biex jitħaddem bl-iktar mod rigoruż l-istatut il-ġdid tal-Partit għall-elezzjoni tal-Kap…

Kultura

Sal-lum ma kienx faċli li wieħed jikseb informazzjoni dwar l-antenati tiegħu li jmorru lura qabel l-1863 meta bdew jiġu rreġistrati kull twelid, żwieġ u mewt f’Malta u Għawdex. Ħafna minn…

Aktar