Saħħa
Malta bi provvista garantita ta’ vaċċin kontra l-influwenza pandemika

Malta hija fost 15-il pajjiż membru tal-Unjoni Ewropea li flimkien mal-Kummissjoni Ewropea iffirmaw qafas ta’ kuntratti mal-kumpanija farmaċewtika Seqirus għall-produzzjoni u l-provvista ta’ vaċċin kontra influwenza pandemika. Dan sar skont ftehim li kien milħuq bejn dawn il-pajjiżi magħruf bħala “EU Joint Procurement Agreement to procure medical countermeasures”.

Fi stqarrija, il-Ministeru tas-Saħħa qal li l-pajjiżi li ffirmaw dan il-ftehim, minbarra Malta huma l-BelġjuKroazja, Ċipru, Estonja, FranzaĠermanja, Greċja, Irlanda, LussemburguOlanda, Portugall, Slovakkja, Slovenju Spanja.

Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne qal fl-istqarrija li b’dan il-ftehim pajjiżna qiegħed jiggarantixxi li jkun ippreparat adekwatament għall-eventwalità ta’ meta tinqala’ problema bir-riżultat ta’ influwenza pandemika dinjija bħalma kien hemm f’diversi okkażjonijiet. Huwa qal li jinsab sodisfatt li b’riżultat ta’ ħidma kollettiva pajjiżna jista’ jgawdi minn dawn is-salvagwardi.

Il-Kummissarju għas-Saħħa u s-Sigurtà tal-Ikel Vytenis Andriukaitis iddeskrieva dan l-iffirmar bħala l-bidu ta’ era ġdida fejn jirrigwarda aċċess miċ-ċittadini tal-Unjoni Ewropea għal vaċċin kontra influwenza pandemika. 

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Il-gvern ħabbar il-ftuħ tal-istaġun tal-insib tal-ħarifa għal żewġ speċi: il-pluviera u l-malvizz. Fi stqarrija tas-Segretarjat Parlamentari għall-Biedja, Sajd u Drittijiet tal-Annimali ntqal li wara li evalwa r-rakkomandazzjonijiet tal-kumitat Ornis, l-istaġun…

Sport

Fit-tielet logħba tagħhom fil-Kampjonat tal-Amateurs, it-tim ta’ Syria Gżira FC kiseb l-ewwel rebħa bl-iskor ta’ 3-1 kontra Fleur De Lys FC. Il-player Lucky Chizobor skurja żewġ gowls filwaqt li Julius…

Saħħa

Ilbieraħ filgħaxija għadd ta’ nies nġabru quddiem iċ-Ċentru Esplora fil-Kalkara għal mixja simbolika bħala parti mix-xahar iddedikat għall-għarfien dwar il-kanċer tas-sider, magħruf bħala Pink October. Din is-sena n-nisa u l-irġiel…

Brexit

Tkompli s-saga Brexit. L-istrateġija tal-Prim Ministru Boris Johnson, li kien qed jippretendi li l-House of Commons japprovalu l-ftehim il-ġdid li rnexxielu jinnegozja mal-Unjoni Ewropea, sfaxxat fix-xejn. Dan hekk kif il-Parlament, minflok,…

Aktar