Lokali
“Malta biegħet kollox għall-flus u għandha bżonn eżorċiżmu kbir” – Fr David Muscat

L-għażla ta’ Dr Abdalla Kablan li nhar il-ġimgħa għamel id-diskors ta’ tifkira tal-Vitorja sfat fil-mira ta’ kritika min Fr David Muscat li għal darb’oħra ħa sehem f’attività ta’ Imperium Europa.

Waqt it-tqegħid ta’ kuruna tal-fjuri quddiem il-monument tal-Assedju il-Kbir, Fr Muscat, ikkritika lill-kbarat li ċapċpu lill-barrani għad-diskors tiegħu. Wara li l-Arcisqof kien iddisassoċja ruħu mill-attitività ta’ Fr Muscat u konnessjonijiet tiegħu mal-Imperium Europa, huwa qal li kien qed jitkellem fuq bażi personali u mhux f’isem Imperium Europa.

Fr David ikkritika li min jtikellem kontra s-suwed għax qal li dawn ukoll huma xbieha ta’ Alla. Sostna li kontra dak li jaħsbu ħafna, mhix l-immigrazzjoni illegali li qed tirvina Malta. Qal li l-immigrazzjoni illegali ma teżistix, iżda hija oppressjoni, b’referenza għall-mijiet ta’ immigranti li qed jirreġistraw għall-permess ta’ residenza ma’ Identity Malta.

Ikkritika s-sistema tat-taxxa li tħaddan Malta fil-konfront tal-barranin u qal li dan imur kontra is-saltna tad-dritt billi qed iħajru kumpaniji kbar jevadu t-taxxa f’pajjiżhom biex iħallsu inqas taxxa f’Malta. Sejjaħ dan bħala serq li qal imur kontra il-kmandamenti tal-Knisja Kattolika. Fr David qal li Malta biegħet kollox għall-flus, u għandha bżonn eżorċiżmu kbir biex dawk li sejjaħ l-istrutturi tad-dnub li ġew ivvintati, jitneħħew.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Lejlet il-41 anniversajru minn Jum il-Ħelsien, il-Prim Ministru u Mexxej Laburista Robert Abela qal li l-ħelsien modern li bħalissa qed nissieltu għalih huwa l-ħelsien minn pandemija. F’messaġġ fuq One Television,…

COVID-19

Tfal rikoverati fis-sala Rainbow tal-isptar Mater Dei qed jiċċaħħdu minn wieħed mill-ġenituri tagħhom minħabba l-coronavirus. TVM tkellem ma’ Claudette Mifsud, omm Kim li ilha diġà ħmistax iżolata ma’ bintha waqt…

Lokali

Il-Gvern ffirma mitt kuntratt ta’ għajnuna finanzjarja ma’ bdiewa u raħħala li sofrew danni waqt il-Grigalata qalila ta’ Frar tas-sena li għaddiet. Ħabbar dan il-Ministru tal-Agrikoltura Anton Refalo waqt li…

Parlament

Il-Parlament iddiskuta u approva żewġ mozzjonijiet u abbozz ta’ liġi illi bihom l-ammont massimu ta’ dejn tal-Gvern ċentrali jitla’ minn €300 miljun għal massimu ta’ €400 miljun. Il-mozzjonijiet tressqu mill-Ministru…

Aktar