Baħar
Malta bir-raba’ l-iktar bajjiet b’ilma nadif fl-UE

Malta għandha r-raba’ l-iktar bajjiet b’ilma nadif fost il-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea.

Dan jirriżulta minn ċifri maħruġa mill-Eurostat maħduma fuq kampjuni tal-ilma miġbura fl-2019.

Iċ-ċifri juru li 97.7% tal-bajjiet lokali fejn jgħumu n-nies għandhom kwalità eċċellenti ta’ ilma baħar.

Dan meta l-medja fil-pajjiżi membri kienet ta’ 88%.

Il-Litwanja kellha l-iktar bajjiet b’ilma nadif, 100%, segwita minn Ċipru b’99% u l-Kroazja bi 98%.

Il-Polonja kellha l-inqas rata b’29% biss tal-kosta tagħha meqjusa li kellha ilma ta’ kwalità eċċellenti.

Warajha ġew l-Estonja u l-Finlandja bi 52% u b’64% rispettivament.