Lokali
Malta bir-raba’ l-orħos prezzijiet tal-elettriku fl-UE

Malta għandha r-raba’ l-orħos prezzijiet tal-elettriku fl-Unjoni Ewropea u l-inqas rata ta’ taxxi fuqhom.

Skont ċifri tal-Eurostat għall-2018, il-prezz medju għal kull 100 kilowatt (kWh) ta’ elettriku f’Malta kien ta’ €13.10 waqt li l-prezz medju fl-Unjoni Ewropea f’sena żdied bi 3.5% għal €21 u għaxar ċenteżmi għal kull 100 kilowatt.

L-orħos rati ta’ enerġija tkejlu fil-Bulgarija fil-livell ta’ €10.1, it-tieni fil-Litwanja (€11) u t-tielet fl-Ungerija (€11.2). L-ogħla prezzijiet għall-elettriku jitħallsu fid-Danimarka €31.2, il-Ġermanja €30 u l-Belġju €29.4.

Matul is-sena li għaddiet, il-kontijiet tad-dawl żdiedu l-aktar f’Ċipru bi kważi 20%. Fil-Latvja, il-Polonja, il-Ġermanja u l-Litwanja kien hemm roħs ta’ bejn 1.5%.

Iċ-ċifri juru li bħala medja, fl-Unjoni Ewropea, it-taxxi jagħmlu parti għal aktar minn terz – 37% – tal-prezz tal-elettriku fid-djar. F’Malta l-persentaġġ tat-taxxi hu l-inqas – 6%. L-aktar li jħallsu taxxi fuq l-elettriku huma d-Daniżi – 64%.

Aħbarijiet Oħra
Droga

L-Aġenziji li jaħdmu mal-vittmi tad-droga fosthom is-Sedqa u l-Caritas huma tal-fehma li l-użu rikreattiv tal-kannabis m’għandux ikun promoss għax ikattar il-kultura favur l-abbuż tad-droga. Din il-fehma intweriet waqt il-programm Dissett…

Partit Nazzjonalista

Il-President tal-Kunsill Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Kristy Debono qalet fi stqarrija li sabet li 84 mill-200 firma fil-petizzjoni li titlob biex jitlaqqa’ l-Kunsill Ġenerali biex jiddiskuti l-ġejjieni tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista huma…

Lokali

Ta’ tnax-il sena sofriet diżabilità minħabba mard u wara ħafna snin ta’ żwieġ kellha tifel bil-kundizzjoni down syndrome. Minkejja l-isfidi, Lorraine Pellicano tgħid li Thomas berkilha ħajjitha u ħerqana li…

Lokali

Meqjusa fost l-ewwel tobba f’Malta li bdiet taħdem bla heda mal-vittmi tad-droga, ħidmet it-tabiba Maria Sciberras tfakkret f’konferenza f’għeluq il-25 sena mit-twaqqif tal-Aġenzija Sedqa u fil-jum internazzjonali kontra l-abbuż u…

Aktar