Xogħol
Malta bit-tielet l-anqas rata ta’ qgħad fl-Unjoni Ewropea tul Awwissu

F’Awwissu Malta kellha t-tielet l-anqas rata ta’ qgħad fl-Unjoni Ewropea.

Ċifri ppubblikati mill-Eurostat juru li l-pajjiż bl-anqas rata ta’ persuni jfittxu x-xogħol kien id-Danimarka bi 2.7%, segwit mill-Polonja u Malta.

Il-Eurostat wera kif il-qgħad kompla jiżdied bir-rata medja fl-Unjoni Ewropea għat-tmien xahar tas-sena kienet ta’ 7.4%. Il-pajjiż bl-ogħla rata ta’ qgħad kien Spanja b’aktar minn 16% jirreġistraw għax-xogħol.