Xogħol
Malta bit-tielet l-ogħla rata ta’ postijiet tax-xogħol

Fit-tieni kwart tas-sena, bejn April u Ġunju li għadda, Malta kellha t-tielet l-ogħla rata ta’ sejħiet għal impjiegi fis-suq tax-xogħol.

Skont ċifri tal-Eurostat, il-postijiet tax-xogħol li kienu qed ifittxu l-ħaddiema żdiedu f’għaxar pajjiżi tal-Unjoni Ewropea waqt li naqsu f’disa’ pajjiżi.

Il-Eurostat qal li Malta flimkien mal-Ġermanja kellha t-tielet l-ogħla rata ta’ postijiet tax-xogħol li kienu qed ifittxu l-ħaddiema. Iż-żewġ pajjiżi li kellha rata ogħla kienu r-Repubblika Ċeka u l-Latvja.

Aħbarijiet Oħra
Enerġija

Fil-budget, il-Gvern ħabbar li se jagħti għotja ta 25%, sa massimu ta’ €1,000, biex jinxtraw batteriji għall-ħażna tal-enerġija rinnovabbli. Għal din l-għotja se jkunu eliġibbli l-familji li għandhom pannelli tax-xemx…

Lokali

L-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza tal-ġeneru kklassifika lil Malta fil-ħmistax il-post, kważi nofs triq fl-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel. L-indiċi jkejjel diversi fatturi li jiddeterminaw il-kwalità ta’ ħajja tan-nisa f’pajjiżi Ewropej, mix-xogħol,…

Sajd

Ċifri għall-2017 maħruġa mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika juru li l-industrija tat-tonn f’Malta ipproduċiet 13,000 tunnellata ta’ tonn, b’valur ta’ kważi €170 miljun li 90% minnu ġie esportat lejn il-Ġappun. Il-Federazzjoni Maltija…

Ambjent

Il-Gvern u l-Oppożizzjoni ppreżentaw mozzjonijiet kontrastanti dwar l-emerġenza fil-klima bil-mozzjoni tal-Gvern temenda dik tal-Oppożizzjoni li trid li jitwaqqaf kumitat parlamentari li jkollu s-setgħa jaħtar superintendent biex jiżġura li Malta tilħaq…

Aktar