Politika
Malta bit-tieni l-akbar tniġġis fl-arja fl-Ewropa kawża tan-nuqqas ta’ pjan ambjentali – il-PN

Il-Kelliem tal-Partit Nazzjonalista għas-Saħħa, Stephen Spiteri, qal li n-nuqqas ta’ pjan ambjentali tal-Gvern wassal biex Malta għandha t-tieni l-akbar tniġġis fl-arja fl-Ewropa.

Qal li t-tniġġis tal-arja qed jaffettwa mijiet ta’ persuni, jikkawża mard bħall-asthma u hu l-kaġun ta’ kanċer fil-pulmun u mard ieħor li huwa marbut direttament mat-tniġġis tal-arja. F’dan l-isfond, Dr Spiteri qal li ċ-ċifri juru kemm il-Gvern ma jimpurtahx mill-konsegwenzi gravi fuq is-saħħa tal-familji.

Semma wkoll rapport tal-Aġenzija Ewropea tal-Ambjent li juri li Malta għadha r-raba’ l-agħar kwalità tal-arja. F’dan l-isfond, Dr Spiteri semma li l-imwiet minn mard respiratorju żdied għal 600 fis-sena.

Il-kandidata nazzjonalista għall-Parlament Ewropew, Roselyn Borg Knight, qalet li l-Partit Nazzjonalista għandu tmien proposti fil-manifest elettorali li jindirizzaw dawn l-isfidi. Qalet li dawn jinkludu pjan għal tnaqqis fit-traffiku u tisħiħ tal-politika tal-immaniġġjar tal-iskart.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Instab post alternattiv biex id-detox ma jibqax fejn l-isptar San Luqa fi G’Mangia. Dan ġie konfermat mill-Kap Eżekuttiv tal-Fondazzjoni għas-Servizzi tal-Ħarsien Soċjali Alfred Grixti li madankollu ma tax dettalji tal-post…

Kronaka

Ir-raġel li lbieraħ il-Pulizija ppubblikaw ritratti tiegħu qed ikun imfittex b’rabta ma’ serqa li seħħet ix-xahar illi għadda f’Tas-Sliema. Il-Pulizija talbet l-għajnuna tal-pubbliku biex issib lil dan ir-raġel. Minn stħarriġ…

Saħħa

Kollaborazzjoni bejn kumpanija fil-qasam tal-farmakoloġija li tinsab ibbażata f’Malta u riċerkatur Taljan qed twassal għal iżjed riċerka fit-terapija għall-kanċer. Din ir-riċerka hi ibbażata fuq sustanti meħuda minn pjanti mediterranji. Il-Professur…

Aktar